Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd, 14 ta’ Jannar, 2018.

The Times

Għandha tliet rapporti. L-ewwel rapport permezz ta’ ritratt jgħid li l-Air show mhux ser issir f’Settembu li ġej. It-tieni rapport jgħid li l-bdoti tal-Airmalta qed jikkunsidraw li jistrakjaw minħabba l-kumpanija l-ġdida li ser tieħu f’idejha l-assi tal-kumpanija.

Rapport ieħor jgħid li l-ftehim mal-VGH kien iffirmat ġimgħa qabel il-Gvern approvah.

Illum

Tgħid lid-Diriġenti ta’ Barts jinstabu urtati minħabba d-dewmien fix-xogħol tal-Isptar ta’ Għawdex tant li saru diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat fl-aħħar jiem. Rapport ieħor jgħid li bejn Jannar u April ta’ din is-sena diġà ġiet reġistrata żieda ta’ 8% fit-titjiriet minħabba l-Valletta 2018.

The Malta Independent 

Tgħid li l-Gvern laħaq ftehim biex jimbena l-kumpless fil-White Rocks fosthom lukanda ta’ 7 stilel. Rapport ieħor jgħid li l-Ministru Konrad Mizzi ilu jaf kważi sena li l-VGH qed tfalli.

Malta Today

Tgħid li se tkun stabbilità kumpanija tal-ajru ġdida jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-bdoti tal-Airmalta. Rapport ieħor jgħid li l-Vitals għandha diffikultajiet finanzjarji tant li ma tistax tħallas lil dawk li pprovdewlha s-servizzi. Rapport ieħor jgħid li l-għalliema kienu mqarrqa fil-ftehim il-ġdid li sar bejn il-Gvern u l-Union tal-Għalliema fosthom minħabba li se jieħdu anqas min-nofs ta’ dak imwiegħed.

Il-Mument

Tgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu obbligu li joffri alternattiva lill-pajjiż. Rapport ieħor jispejga li Edward Zammit Lewis mistenni jaqla’ lil Manwel Mallia meta mistennija ssir reshuffle tal-kabinett. Tt-tielet rapport jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija naqas milli jinvestiga kumpanija Taljana li ddikjarat li rċeviet il-flus meta l-kawża fil-Qorti ma kinitx deċiża.

 

It-Torċa

Għanda rapport fwar il-vulnerabilità tat-tfal fejn tgħid li huma vulnerabbli iżda jafu jissorprendu bil-kapaċitajiet tagħhom. Rapport ieħor jispjega li għada se jivvutaw il-bodti dwar il-ftehim kollettiv il-ġdid. Filwaqt li rapport ieħor jgħid li GWU tilħaq ftehim biex il-gwardjani lokali kollha jkunu assorbiti mil-LESA. Artiklu ieħor jittratta l-benefiċċju partikolari b’ċittadinanza b’investiment. Rapport ieħor jittratta l-kuntratt tal-American University of Malta fejn dan jispjega li l-għan jibqa’ dak edukattiv inkella l-ftehim jispiċċa.

Il-Kulħadd

Tittratta l-ftehim tal-Għalliema fejn jispjega li ser jiżdiedu bl-eluf fosthom €6,000 wara ħames snin. Rapport ieħor jgħid li l-Grupp Parlmanetari Nazzjonalista għalaq l-WhatsApp minħabba li leaks li qed isiru ta’ diskussjonijiet bejn id-deputati. Rapport ieħor jgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu mingħajr rapprezentant fl-ERA.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jekk għadek ma ddeċidejtx kif se tiċċelebra jum il-maħbubin mal-maħbub/a tiegħek tista’ ma tinkwieta xejn aktar. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma biex iħajjar lill-maħbubin iqattgħu xi ġranet fi Frar f’Għawdex…

Ambjent

Il-funtanta tat-Tritoni fil-Belt sabet postha fil-filmat uffiċjali tal-Earth Hour 2019 bħala waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin madwar id-dinja. Fil-fimat maħruġ mill-organizzazzjoni internazzjonali World Wildlife Fund (WWF) biex jirreklama l-inizjattiva Earth Hour ta’…

Kultura

Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż kull sena qed jibgħat erba’ artisti Maltin fi provinċja fiċ-Ċina biex wara li jifhmu l-aspetti kulturali, etniċ u naturali tar-reġjun jissiġillaw dak li jaraw fil-pittura jew il-fotografija….

Aktar