Qorti
Tkompli l-kumpilazzjoni tat-3 akkużati bi qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

10:09am – Is-seduta ġiet aġġornata għall-Ħamis fid-9.30am.

10:07am – L-Ispettur Keith Arnaud jirreferi għal dokument bir-ritratti u jikkonferma li ritratti ħadhom hu stess fit-13 ta’ Diċembru 2017 filgħodu. Għall-mistoqsija tad-difiża biex ħa r-ritratti, l-Ispettur wieġeb li ħadhom bil-mobile.

10am – Il-qorti tinnomina lill-espert Keith Cutajar biex jittraduci dokumenti tal-FBI mill-Ingliż għall-Malti

09.50am – L-Ispettur Keith Arnaud jgħid liema xhieda biħsiebu jressaq nhar il-Ħamis, fosthom il-Vodafone.

09.45am – L-Ispettur Keith Arnaud jippreżenta sentenza fil-konfront ta’ Vince Muscat mill-Maġistrat Antonio Mizzi, 2 sentenzi fil-konfront ta’ George Degiorgio mill-Maġistrat Myrian Hayman u sentenza oħra mill-Maġistrat Michael Mallia.

09.43am – L-Ispettur Keith Arnaud qal li disa’ xhieda ma telgħux għas-seduta.

Dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-aħwa George u Alfred Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu u Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu qed jiġu akkużati b’dan il-qtil.

Matul il-ġimgħa li għaddiet ġiet miċħuda wkoll it-talba tal-akkużati biex jingħataw il-ħelsien mill-arrest hekk kif ilhom arrestati sa mill-4 ta’ Diċembru li għadda.