Barranin
DIRETT: It-tlugħ tal-poloz għat-Tazza tad-Dinja Russja 2018

Segwi dirett iċ-ċeremonja tat-tlugħ tal-poloz għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab fir-Russja bejn l-14 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.

It-32 tim finalista se jkunu maqsuma f’4 urni skont ir-rankings tal-FIFA. F’urna Numru 1 se jkun hemm ir-Russja bħala l-ospiti u s-7 pajjiżi fl-ewwel 7 postijiet, bl-oħrajn isegwu fl-urni l-oħra dejjem skont il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika tal-FIFA. It-timijiet se jittellgħu fi 8 gruppi ta’ 4. Is-sistema tat-tlugħ tal-poloz tassigura li l-ebda żewġ timijiet minn konfederazzjoni waħda, ħlief il-UEFA, ma jkunu fl-istess grupp. Bl-istess prinċipju, kull grupp irid ikollu mill-inqas timEwropew wieħed, imma mhux iktar minn tnejn. Sitt gruppi igifieri se jkollhom żewġ timijiet Ewropej.

L-64 partita tat-Tazza tad-Dinja se jintlagħbu fi tnax-il stadium fi 11-il belt Russa, u kollha kemm huma wkoll se jintwerew diretti fuq l-istazzjonijiet ta’ Television Malta. Il-finalissima hija skedata għall-15 ta’ Lulju fil-Luzhniki Stadium ta’ Moska.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Aktar