Lokali
DIRETT: Segwi x-xena ġdida tal-attività madwar it-Tritoni

Hekk kif illum ħarġet ġurnata sabiħa, kienu ħafna dawk li żaru l-belt kapitali u kellhom il-privileġġ li jkunu minn tal-ewwel li jimxu fi Pjazza Tritoni u jgawduha fil-ġmiel kollu tagħha wara r-restawr.

Min s’issa ma kellux l-opportunità li jara t-Tritoni, xorta waħda jista’ jduq ftit mill-esperjenza tal-attività li hemm fid-daħla tal-Belt Valletta llum.

Dan permezz ta’ web cam mill-kumpanija Skyline li għall-ewwel darba qed ixxandar filmati diretti minn fuq Pjazza Tritoni.

Segwi l-attività li għaddejja bħalissa fil-filmat t’hawn fuq.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar