Politika
Direttur tal-WHO jiddeskrivi lil Malta bħala kollaboratur ewlieni

Hans Kluge, nominat għall-pożizzjoni ta’ Direttur Reġjonali għar-Reġjun Ewropew tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa,  iddeskriva lil Malta fost il-kollaboraturi ewlenin tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, u faħħar l-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ il-livell tal-kura offruta fl-isptarijiet u fil-kura primarja.

Il-viżjoni u l-istrateġija għall-qasam tas-saħħa f’Malta, il-kura fl-isptarijiet, il-kura primarja, u l-prezzijiiet u l-aċċesibilità tal-mediċini, ġew diskussi f’laqgħa bejn id-Direttur ġdid għar-Reġjun Ewropew tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa, Hans Kluge u l-awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta.

Ġimagħtejn wara li ġie nominat fil-kariga, Hans Kluge, waqt żjara f’Malta nnota l-isforzi tal-awtoritajiet fil-qasam tas-saħħa mentali u l-kura primarja. Huwa ddeskriva l-impenn ta’ Malta biex tuża l-innovazzjoni, fosthom l-Intelliġenza Artifċjali. Qal li Malta ser tistabbilixxi ruħha bħala mudell għal pajjiżi oħrajn.

Id-deputat Prim Ministru Ministru Chris Fearne ppreżenta l-viżjoni u l-istrateġija għall-qasam tas-saħħa lid-Direttur Reġjonali. Huwa qal li waqt li jrid jiġi aċċertat li jkollna kura fl-isptarijiet tal-ogħla livell, irid jissaħħaħ il-qasam tal-kura primarja billi t-tobba tal-familja jiġu integrati fil-qasam tas-saħħa pubblika u jsiru kliniċi f’kull belt u raħal. Dr Kluge qal li din tinkwadra sew fl-istrategija tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

“It shows the paradigm shift of a culture of disease towards a culture of health. It means that we have to empower the people and give the health workers ongoing training and tools to communicate with the people to stay longer healthy,” qal Hans Kluge.

Dr Kluge faħħar l-impenn tal-Ministru Fearne biex ipoggi il-kwistjoni ta’ trasparenza tal-prezzijiet tal-mediċina fuq l-aġenda Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah” Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li…

Lokali

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom….

Għawdex

Waqa’ fil-muta l-arloġġ taċ-Ċittadella f’Għawdex. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ li għandu kważi mitejn u ħamsin sena żżarma minn postu u qed jiġi restawrat għand kumpanija ta’ arluġġara f’Għawdex stess. Il-mekkaniżmu mistenni jitreġġa’…

Kunsilli Lokali

Is-Sindki ltaqgħu madwar mejda biex jiddiskutu l-viżjoni tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. Matul il-laqgħa, diversi sindki qajmu kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw li qalu qed ixekkluhom milli jħarsu fit-tul. Il-viżjoni, li…

Aktar