Lokali
Dis-sena 565 persuna kienu rrapportati nieqsa

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet Interni u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweġiba parlamentari lid-Deputat Laburista Byron Camilleri.

Il-Ministru Farrugia qal li mill-2013 ‘l hawn kienu rrapurati 4784 persuna nieqsa lill-Puliizja li minnhom 3854 instabu.  Mill-persuni rrapurtati nieqsa f’dawn l-aħħar seba’ snin kien hemm 2671 li kienu taħt l-età ta’ 18-il sena.

Fi tweġiba parlamentari oħra lill-istess deputat Camilleri, il-Ministru Farrugia qal li din is-sena kien hemm 26 persuna li tressqu l-qorti akkużati b’reati ta’ abbużi sesswali fuq minorenni.  24 minn dawn il-persuni kienu rġiel.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar