Ekonomija u Finanzi
Dis-sena se jitlestew b’€200 miljun fi proġetti t’investiment barrani

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri qal li bħalissa għaddejin 19-il proġett b’investiment barrani ta’ €200 miljun ewro filwaqt li din is-sena aktar minn mitt kumpanija se jespandu. F’konferenza tal-aħbarjiet, is-Sur Schembri qal li dan juri li l-investituri għandhom fiduċja fit-tmexxija tal-Gvern għax qed joħloq klima ekonomika stabbli u b’saħħitha.

“Fil-ġimgħat li ġejjin se nawguraw dawn il-proġetti u se nibdew naraw il-ħaddiema jaħdmu, l-operat, hangers ġodda u fabbriki ġodda u espansjonijiet pero industriji ġodda fosthom fis-settur edukattiv, tal-video games development, tal-intelliġenza artifiċjali, tal-farmaċewtika u setturi oħra b’servizz aktar speċjalizzat li joffri karrieri fuq livell avvanzat li jiggarantixxu dħul aħjar għal dawn l-impjegati.”

Il-Ministru Schembri qal li dan ġie konfermat ukoll mill-aġenziji Fitch, DBRS Morning Star u Moody’s, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Fond Monitarju Internazzjonali li fl-aħħar xahrejn taw ċertifikat pożittiv lill-ekonomija Maltija.

Il-Ministru Schemrbi qal li fl-aħħar seba’ snin it-tkabbir ekonomiku medju kien ta’ 7% meta fis-seba’ snin ta’ qabel kien 2.1%. Qal li l-Kummissjoni Ewropea qalet li fis-sentejn li ġejjin l-ekononomija Maltija se tkompli tirreġistra l-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern, qal il-Ministru Schembri, qed iħares lejn il-kwalità tal-investiment barrani tant li qiegħed janalizza l-qafas leġiżlattiv biex jiffaċilità investiment ġdid filwaqt li se jkompli jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar