Disa’ proġetti jibbenefikaw minn €100,000

Il-gvern alloka €100,000 għall-proġetti akkademiċi fl-Università ta’ Malta li kienu ġġudikati li għandhom l-akbar potenzjal biex jilħqu l-ogħla standards u li għandhom l-akbar potenzjal kummerċjali.

L-award Take off Seed Fund huwa l-ewwel programm ta’ din ix-xorta li se joffri għajnuna finanzjarja lil proġetti akkademiċi meta jkunu għadhom fil-fażi bikrija.

Fl-inawgurazzjoni tal-programm fl-Università ta’ Malta, il-Ministru għall-Investiment u l-Ekonomija Chris Cardona qal li l-qasam tar-Riċerka u Żvilupp huwa wieħed li qed jingħata importanza mill-gvern li ddikjara li jrid isaħħaħ il-kompettitività u jkompli jeċċella f’dan il-qasam.

Il-fondi se jingħataw lil disa’ proġetti differenti li ntgħażlu fost 30 applikazzjoni.

Il-proġetti magħżula jvarjaw minn dawk tal-e-commerce għal oħrajn kummerċjali u dawk tal-enerġija alternattiva; proġetti tal-astronomija; oħrajn li jiżviluppaw gaming għall-industrija mużikali u l-iżvilupp ta’ għodda mediċi li joffru terapija alternattiva.

L-akkademiċi tat-timijiet akkademiċi se jaħdmu mill-qrib mal-Business Incubation Center tal-Università biex jiżviluppaw l-potenzjal tagħhom mill-lat kummerċjali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar