Qorti
Disa’ xhur ħabs talli kellu dokumenti foloz

Sudaniż ta’ 21 sena kien ikkundannat 9 xhur ħabs wara li ammetta li kellu dokumenti foloz.

Maisere Holi Menne, li jgħix San Ġiljan, ammetta li fis-16 ta’ Ottubru li għadda, u fil-jiem ta’ qabel, kellu fil-pussess tiegħu dawn id-dokumenti foloz u għamel użu minnhom.

Menne ammetta li għamel dikjarazzjonijeit foloz lill-uffiċjali tal-immigrazzjoni u li kkommetta dawn ir-reati waqt li kien hemm fis-seħħ sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Iż-żagħżugħ tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace mill-Ispettur Christian Abela.