Qorti
Disa’ xhur ħabs wara li pprova jaħrab fuq vapur

Sudaniż ta’ 30 sena ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li wiegeb ħati li pprova jaħrab minn Malta moħbi fuq vapur.

Wara li ammetta Alzien Mohammed iddikjara li għalkemm huwa gradwat bhala inginier f’Malta m’għandux impjieg u spiċċa jgħix barra fejn m’għandux flus u ikel sabiex jgħix.

Huwa skuża ruħu ta’ dak li għamel iżda qal li pprova jaħrab sabiex isib ħajja aħjar x’imkien ieħor.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace talbet ukoll lid-Direttur tal-Ħabs biex jara li huwa jingħata l-kura meħtiega għall-problemi ta’ saħħa mentali li għaddej minnhom.