Brexit
Disfatta kbira għal Theresa May, ma jgħaddix il-vot dwar Brexit u se tiffaċċja vot ta’ sfiduċja

Il-maġġoranza tal-membri fil-House of Commons ivvutaw kontra l-ftehim li l-Prim Ministru Theresa May innegozjat mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

Theresa May tilfet il-vot b’distakk kbir ta’ 230 vot. ll-votazżjoni kienet ta’ 202 vot favur u 432 vot kontra.  Din hi disfatta kbira għall-Prim Ministru Ingliż Theresa May, li issa mistennija tippreżenta pjan ġdid dwar Brexit.

Immedjatament wara l-vot, Theresa May qalet li jiġi ppreżentat vot ta’ sfiduċja, id-dibattitu u d-diskussjoni ssir għada. Iżda jekk jintrebaħ vot ta’ fiduċja mill-Gvern, May qalet li se jkollha diskussjonijiet mal-membri kollha tal-Kamra biex jintlaħaq kunsens.

Il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn saħaq li dan kien vot qawwi kontra l-Gvern ta’ May, l-akbar wiehed fl-istorja politika ricenti tar-Renju Unit. Ħabbar li ressaq mozzjoni ta’ vot ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker fi tweet appella lir-Renju Unit biex jiċċara l-intenzjonijiet tiegħu malajr kemm jista jkun għax iż-żmien għal Brexit daqt jiskadi.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk kiteb li jekk huwa impossibli li jkun hemm ftehim u ħadd ma jrid ftehim, staqsa min se jkollu l-kuraġġ jgħid x’inhi l-unika soluzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija li qed tipproduċi l-ajruplani Boeing, qed taffaċċja problemi ġodda relatati mal-ajruplan kontroversjali 737 Max. Dan hekk kif instabu frak u fdalijiet fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ uħud mill-ajruplani li qed jistennew…

Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Aktar