Kultura
Disinjaturi kbar tal-moda mħajra jiftħu negozju f’Malta

Tmien disinjaturi tal-moda, seba’ barranin u Malti, se juru l-kollezzjonijiet il-ġodda tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-Palazz tal-Verdala bħala parti minn serata b’tiżwiqa ta’ kultura u moda.

TVM tkellem ma’ disinjatriċi Taljana, Giada Curti, u d-disinjatriċi Kroata, Sladana Krstic, li se jniedu l-kollezzjonijiet tagħhom. Huma qalu li jixtiequ jesploraw il-possibilità li jiftħu negozju tal-moda fil-gżejjer Maltin.

Sladana Krstic ilha 25 sena tgħix l-Italja. Il-kollezzjoni ġdida tagħha hija ispirata mill-arti tal-Palazz Farnese, bi prints fuq il-ħwejjeġ li tiddisinja tal-opri artistiċi, mimlija kuluri u minn materjali li tiġbor minn madwar id-dinja.

“I use the colour a lot. I do not have a black dress. I like to make all my accessories from the bags to the hats. You see the print from my first collection in the second collection. I like my collections a lot because my collections speak about me. I do not like that my collection dies when the new collection arrives. So I make the print of the last collection on the new collection so that my collections are always live,” qalet Krstic.

Giada Curti hija disinjatriċi Taljana, popolari ħafna għax tlibbes ħafna personalitajiet, u anke toħloq ħwejjeġ għal sensiliet televiżivi bħal Le Tre Rose di Eva u Domenica Live fuq Canale 5 kif ukoll I Migliori Anni u Miss Italia tal-2015 fuq Rai Uno. Tispira ruħha minn nisa straordinarji, bil-kollezzjoni l-ġdida tagħha ġġib l-isem ta’ Jackie.

“Hija kollezzjoni ispirata minn Jackie Kennedy, mhux Jackie l-first lady, imma Jackie li tħobb il-Mediterran, li vjaġġat f’dan il-baħar mill-isbaħ, u allura Jackie li tħobb dawn il-kuluri, id-dawl, l-art mill-isbaħ, u għalhekk se taraw ħafna fjuri u kuluri, u ħafna materjali u drappijiet sbieħ, fantasiji partikolari ħafna, imbagħad d-dbielet tiegħi li huma speċi ta’ emblema tal-kollezzjoni tiegħi, dik li tagħmilni magħrufa mad-dinja kollha,” fissret Curti bit-Taljan.

Minkejja li ġew Malta għall-ewwel darba, tant laqtithom Malta li ż-żewġ disinjaturi esprimew ix-xewqa li jiftħu negozju f’Malta għax iħossu li f’Malta hawn aptit qawwi għall-moda min-nisa Maltin.

Il-kollezzjonijiet ta’ Sladana u Giada se jkunu varati f’serata ta’ moda u kultura li se ssir il-Ħamis filgħaxija fil-Palazz tal-Verdala mtella’ mill-Kamra Maltija tal-Moda.

Matul din is-serata, se jkun hemm sitt disinjaturi oħrajn li se jippreżentaw il-kollezzjonijiet tagħhom fosthom id-disinjatur Malti James Dimech, 4 disinjaturi tal-ħwejjeġ mill-Afrika t’Isfel, kif ukoll disinjatriċi Taljana tal-ġojjellerija Marina Corazziari.

Id-dħul mill-attività se jingħata lill-Malta Community Chest Fund.

Aħbarijiet Oħra
NGOs

Il-membri tal-forzi tal-ordni u l-emerġenza għandhom xogħol iebes u perikoluż, iżda fi tmiem il-jum, bħal kulħadd, ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ biex igawdu l-ħajja mal-familji tagħhom. Dan…

Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Aktar