Lokali
Disinn ta’ tifla Għawdxija fuq munita ġdida ta’ €2 b’risq il-MCCF

Is-simboli tal-paċi u s-solidarjetà ġew riprodotti mit-tifla Għawdxija fid-disinn rebbieħ għall-munita ta’ żewġ ewro li l-Bank Ċentrali ser joħroġ b’risq il-karus tal-Community Chest Fund.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca reġgħet appellat biex jieqaf darba għal dejjem id-diskors ta’ mibegħda u l-bullying li qalet ixellfu s-sens ta’ paċi fis-soċjetà Maltija. Il-President qalet dan waqt li tħabbar id-disinn rebbieħ f’kompetizzjoni tat-tfal għad-disinn ta’ munita kommemorattiva ta’ żewġ Ewro li din is-sena għandha t-tema tal-Paċi.

L-istudenta Għawdxija Katya Muscat li għandha 12-il sena ippreżentat id-disinn rebbieħ f’din il-kompetizzjoni ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’ li ġiet organizzata mill-Bank Ċentrali f’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Community Chest Fund Foundation.

Katya Muscat, li tattendi fl-iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex, kienet l-iżgħar parteċipanta li bagħtet d-disinn tagħha f’din il-kompetizzjoni.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Mario Vella qal li l-munita ser tinħareġ mill-bank ċentrali bil-qliegħ imur għal Community Chest fund. Qal li din l-inizjattiva hija mod kif il-bank jikkontribwixxi għall-ġid fil-komunità. Is-sena li għaddiet il-Community Chest Fund irċieva €82,000 minn din l-inizjattiva.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar