Lokali
Ftehim fil-qrib biex il-ħaddiema jgawdu mill-btajjel pubbliċi li jiġu fi tmiem il-ġimgħa

Skont il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli l-imsieħba soċjali jinsabu fil-qrib li jilħqu ftehim biex titwettaq il-wegħda elettorali li l-ħaddiema jingħataw lura l-btajjel pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd.

Din kienet waħda mit-temi li fl-aħħar ġimgħat kienet diskussa fi ħdan il-Kunsill għall-izvilupp Ekonomiku u Soċjali fil-kuntest tal-proposti għall-baġit.

Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll li se jiġu diskussi mal-imsieħba soċjali emendi fil-liġi tax-xogħol fuq il-proposta li l-ġenituri jingħataw leave meta wliedhom żgħar ikunu morda.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli qalet li d-diskussjoni dwar il-wegħda elettorali tal-għoti lura lill-ħaddiema l-btajjel pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd bdiet minnufih fil-bidu ta’ din il-leġislatura u kif ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat din għandha tkun waħda mil-miżuri fl-ewwel baġit ta’ din il-leġislatura.

Il-Ministru Dalli qalet li l-imsieħba socjali għamlu diversi proposti dwar kif se jingħataw lura l-btajjel pubbliċi, fosthom li l-btala tingħata nhar ta’ Tnejn wara li tkun għaddiet il-btala pubblika, jew li tiżdied mal-leave annwali.  Qalet li l-unjins ġew bi proposta li minflok tingħata vaganza, jingħata kumpens finanzjarju. Madankollu Dr Dalli qalet li din mhix fl-ispirtu tal-proposta tal-gvern li l-għan tagħha huwa li jingħata iktar ħin ta’ mistrieħ lill-ħaddiema biex ikollhom iktar ħin mal-familji tagħhom.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Joseph Camilleri qal li l-imsieħba soċjali għaddejjin bid-diskussjoni dwar l-emendi fil-liġi tax-xogħol, fosthom l-għoti tas-sick leave għal min ikollu tfal morda, għal dawk li jagħmlu l-IVF, u għal dawk li jkollhom mard serju.  Dwar dan il-Ministru Dalli qalet li fil-qrib se tkun tista’ tressaq l-emendi fil-Parlament, biex il-liġi tax-xogħol tiġi aġġornata mar-realtà tal-lum meta żdiedu l-każijiet fejn iż-żewġ ġenituri qed jaħdmu t-tnejn.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer li nsibu fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum il-Ħamis 19 ta’ Lulju. In-Nazzjon jirrapporta li nhar it-Tlieta uffiċjal tal-ħabs spiċċat aggredita, imsawta u migrufa minn priġuniera waqt li din tal-aħħar…

Avjazzjoni

Żvelata d-dehra l-ġdida tal-akbar ajruplan li jtajjar il-bandiera Maltija – Airbus A380 – tal-kumpanija HiFly. L-ajruplan li ġie rreġistrat f’Malta dan ix-xahar iġorr qrib il-500 passiġġier, b’faċilitajiet lussużi għal dawk…

Kultura

Tmien disinjaturi tal-moda, seba’ barranin u Malti, se juru l-kollezzjonijiet il-ġodda tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-Palazz tal-Verdala bħala parti minn serata b’tiżwiqa ta’ kultura u moda. TVM tkellem ma’ disinjatriċi Taljana,…

Kronaka

Mara ġiet rikoverata wara li kienet riekba fuq mutur li ħabat ma karozza fil-limiti ta’ Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija fi Triq tal-Barrani. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel…

Aktar