Parlament
Iffirmat ftehim bil-għan li jqanqal kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ aktar nisa fil-Parlament

Wara li għalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma li għandha l-għan li iktar nisa jidħlu fil-Parlament, ġie ffirmat ftehim fil-prinċipju għal proġett b’fondi mill-Unjoni Ewropea li se jwassal għal diversi inizjattivi fosthom pubblikazzjonijiet u anki konferenzi.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Julia Farrugia Portelli qalet “dan huwa messaġġ b’saħħtu ħafna li l-UE tirrikonoxxi li nimbuttaw ‘il quddiem aktar partecipazzjoni tan-nisa fil-politika”.

F’business breakfast li ddiskuta r-riforma għal iktar nisa fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li r-riformi għandhom iwasslu fost oħrajn għal faċilitajiet ta’ ħarsien tat-tfal fil-Parlament, u ħiniiet aktar flessibbli tas-seduti.

Hija qalet li s-sottomissjoni li saru fil-konsultazzjoni pubblika inkluż mill-Oppożizzjoni huma inkoraġġanti. Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitat Tekniku se jevalwa l-kontenut u l-proposti li saru tul il-perjodu ta’ konsultazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli saħqet li Malta teħtieġ miżuri pożittivi li jħajru aktar nisa joħorġu għall-ħajja pubblika u politika bit-tir li sas-sena 2030, Malta jkollha bilanċ bejn is-sessi fil-Parlament.

L-Ispeaker Anglu Farrugia, li bħalissa huwa wkoll aġent President ta’ Malta, qal li hemm bżonn li tittieħed azzjoni għaliex hekk għandu jkun Parlament ta’ pajjiż modern.

Dr Anġlu Farrugia qal “għandu jkun hemm audit mill-Kummissjoni Elettorali biex jaraw li s-sehem tan-nisa jkun b’saħħtu, għax jekk ma jibdewx l-partiti politiċi inutli l-inizjattiva kostituzzjonali”.

Konsulent dwar l-ugwalnza fl-Organizzazzjoni tas-sigurtà u l-kooperazzjoni fl-Ewropa, Ajla Van Heel, qalet li jekk mhux se tittieħed azzjoni issa, l-ugwaljanza tibqa’ ma tintlaħaqx għal iktar min-nofs seklu ieħor. Hija qalet li l-inizjattivi li qed jittieħdu f’Malta huma pass fid-direzzjoni t-tajba.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar