Lokali
Diskussi f’Lisbona l-isfidi u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ

Is-Segretarju Parlamanetrai għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima bħalissa jinsab jirrapreżenta lil Malta waqt il-konferenza dinjija għall-Ministri responsabbli miż-Żgħażagħ “Lisboa+21”, f’Lisbona l-Portugall.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq dwar l-importanza li ż-żgħażagħ ikunu involuti fl-iżvilupp u t-tfassil tal-politika nazzjonali u internazzjonali.

Semma kif eżempju ta’ dan kollu huwa x-xogħol li sar minn Malta f’dan il-qasam waqt il-presidenza Maltija fl-2017, xogħol ieħor li sar fil-Commonwealth kif ukoll dak li hu sejjaħ il-prova ewlenija ta’ din il fiduċja manifestata permezz tal-introduzzjoni tal-Vot 16.

Il-konferenza għandha l-għan li tlaqqa’ lill-pajjiżi tad-dinja kollha sabiex tipprovdi spazju għall-gvernijiet nazzjonali u ż-żgħażagħ biex jiddiskutu l-progress li sar fl-opportunitajiet u sfidi kurrenti, kif ukoll approċċ innovattiv u operazzjonali biex tittejjeb ir-relevanza tal-politika u l-programmi li jaffettwaw liż-żgħażagħ, fil-kuntest tal-Aġenda 2030.

Il-Forum tal-Konferenza taż-Żgħażagħ se jiffinalizza b’mod konġunt impenn Ministerjali mġedded lejn il-bini ta’ policies u programmi effettivi u innovattivi għaż-żgħażagħ.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

Il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, Paul Pace, qal lil TVM li jista’ jkun hemm żblokk ma’ Steward Healthcare biex l-MUMN tkun tista’ tneħħi d-direttivi ta’ azzjonijiet industrijali lill-carers fl-isptar Karen…

Politika

Il-President George Vella llum iltaqa’ mal-President tal-Awstrija; Alexander Van der Bellen, waqt li qiegħed għal żjara fl-Awstrija. Il-President Awstrijakk tkellem dwar ir-rabtiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi u kif dawn komplew…

Kultura

Illejla qed jiġi inawgurat il-presepju tradizzjonali Malti fi Vjenna. Dan il-presepju se jkun esibit f’wieħed mill-ikbar swieq tal-Milied fl-Ewropa. Wara li kien għall-wiri fil-Pjazza tal-Vatikan fl-2016, fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlem fl-2017…

Kultura

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur…

Aktar