Lokali
Diskussi l-liġijiet dwar l-użu tal-enerġija u l-elettriku

Waqt il-Kunsill Ministerjali għat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija ġew diskussi l-liġijiet li
se jpoġġu fis-seħħ il-qafas legali għas-sena 2030, inkluż liġijiet dwar l-enerġija rinovabbli, is-suq tal-elettriku, u l-liġi fuq is-sistema ta’ governanza li tiffoka fuq kif se jkunu qed jitħaddmu dawn illiġijiet kollha tal-enerġija.

Matul dan l-aħħar Kunsill Ministerjali fi Brussell, li attenda għalih il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi, ġew diskussi liġijiet li issa ilhom iktar minn sena jiġu negozjati
fil-Kunsill.

Jitkellem il-Ministru Joe Mizzi

Il-Ministru Mizzi qal li “dawn huma liġijiet li sar progress importanti fuqhom propju waqt il-Presidenza Maltija fejn kien intlaħaq qbil fil-Kunsill fuq il-Liġi tal-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Liġi dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija”.

Lura f’Novembru tal-2016, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet pakkett ta’ proposti biex tiġi fis-seħħ
dik li qed insejħu ‘l-Unjoni tal-Enerġija’. Dan hu proġett Ewropew biex ikun assigurat li l-enerġija tkun affordabbli, sostenibbli, u b’forniment sigur għaċ-ċittadini u l-industrija kollha fl-Ewropa.

“F’dawn il-liġijiet kollha rajna li nħarsu lejn l-interessi ta’ Malta, filwaqt li nilħqu l-livell ta’
ambizzjoni adattat għall-pajjiż. Il-pass li jmiss issa hu li l-Kunsill jidħol f’negozjati mal-Parlament
Ewropew biex il-proposti jsiru liġijiet tal-Unjoni Ewropeja”, temm jgħid il-Ministru Joe Mizzi.

Ara l-kumment tal-Ministru Mizzi: