Lokali
Diskussi r-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi bejn Malta u t-Turkija

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi bejn Malta u t-Turkija jinsabu fuq nett waqt żjara statali tal-President Marie Louise Coleiro fit-Turkija li qed tmexxi delegazzjoni diversi ministri tal-gvern u anke negozjanti Maltin. Iż-żjara tal-President Coleiro Preca bdiet fil-belt ta’ Istanbul fejn fost oħrajn, l-President tkellmet fit-tliet okażjonijiet seperati dwar l-opportunitajiet ta’ investiment bejn Malta u t-Turkija.

Ir-relazzjonijiet bejn Malta u t-Turkija qed ikunu diskussa fl-ogħla livell waqt żjara statali ta’ jumejn li l-President Marie Louise Coleiro Preca li qed tmexxi delegazzjoni li tinkludi ħames membri tal-kabinet.

Waqt business forum li għalih attenda l-Viċi President Tork Fuat Oktay, il-President Coleiro Preca qalet li f’Malta l-investiment Tork jidher fis-settur bankarju, marittimu, fl-infrastruttura u fit-terminal tal-containers fil-Port Ħieles fost affarijiet oħra. Qalet li Malta qiegħda dejjem tikseb iżjed suċċess fil-qasam tal-blockchain u sostniet li dan jista’ jkun ta’ interess għall-investituri Torok.

Il-President qalet “Malta is continuing to be proactive, and again is now, in the process of creating the necessary regulatory framework for Artificial Intelligence. In this context of continuing to strengthen our already excellent relations, by finding tangible ways of connecting, let me reaffirm my government’s support for the ongoing dialogue between Turkey and the European Union.”

Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona tenna li Malta se tkompli tappoġġja l-applikazzjomi tat-Turkija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Carmelo Abela qal li barra r-relazzjonijiet politiċi, Malta u Turkija jridu jkomplu jsaħħu relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejniethom. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l-Gvern Malti jwiegħed l-appoġġ lill-investituri Torok li jinvestu f’Malta.

Il-Viċi President Tork, Fuat Oktay, qal li qabel il-kummerċ bejn Malta u t-Turkija kien jammonta għal iżjed minn $1.2 biljun u qal li dan l-aħħar niżel għal inqas min-nofs biljun. Għalhekk enfasizza li hemm bżonn ħidma biex dan il-kummerċ jerġa’ jiżdied.

Il-President Coleiro Preca attendiet ukoll seminar organizzat mill-Malta Enterprise.

Il-Kap Eżekuttiv Malta Enterprise Mario Galea qal “biċċa żgħira fejn jitkellem fuq setturi għal investiment fit-Turkija”.

Fil-forum tat-turiżmu, il-President Coleiro Preca qalet li l-Air Malta u t-Turkish Airlines, qed jiżguraw konnessjoni bl-ajru li toffri l-opportunità għal iżjed kollaborazzjoni. Qalet li f’Malta hemm lok għal iżjed opportunitajiet fis-settur tat-turiżmu edukattiv u fit-taħriġ mediku. Matul is-sena li għaddiet it-turisti li żaru Malta mit-Turkija kienu iżjed minn 6,600, waqt li Maltin li żaru t-Turkija kienu jgħoddu iżjed minn 3,500.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li bdew diskussjonijet mat-Turkish Airlines bl-għan li tiżdied il-kollaborazzjoni mal-Airmalta.

Iż-żjara statali tilħaq il-qofol tagħha l-Ħamis fil-kapitali tat-Turkija, Ankara, meta l-President Coleiro Preca se jkollha laqgħa mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar