Unjoni Ewropea
Distakk ta’ madwar 70,000 vot bejn il-PL u l-PN – stħarriġ tal-Politico

Hekk kif bdew jintlaqgħu n-nomini mill-Kummissjoni Elettorali għall-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE) f’Mejju li ġej, il-partiti jistgħu jieħdu idea tal-polz tal-elettorat skont stħarriġ tal-Politico.

Fl-ewwel jum li bdew jintlaqgħu n-nomini, il-Kummissjoni Elettorali rċeviet 5 applikazzjonijiet ta’ Josef Caruana (Partit Laburista), Norman Lowell (Imperium Europa), Stephen Florian (kandidat indipendenti), Arnold Cassola (kandidat indipendenti) u Michael Briguglio (Partit Nazzjonalista).

Il-Kummissjoni Elettorali bdiet mil-lum tirċievi n-nomini tal-kandidati f’applikazzjonijiet onlajn li se jibqgħu miftuħin sat-Tnejn li ġej 22 t’April fis-7pm.  L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru mis-sit www.electoral.gov.mt.  Qed jintlaqgħu wkoll nomini fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Intant, stħarriġ li sar mill-Politico juri li kważi xahar qabel l-elezzjonijiet tal-PE, il-Partit Laburista għandu appoġġ ta’ 63% tal-elettorat, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għandu 35%.  Dan ifisser li d-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar huwa ta’ kważi 70,000 vot jekk joħorġu jivvutaw 75% tal-elettorat.  B’hekk il-possibilità hija li l-PL ikollu 4 siġġijiet fil-PE, filwaqt li l-PN ikollu 2 siġġijiet għall-5 snin li ġejjin.

Dan ifisser li meta mqabbel mal-proġettazzjonijiet ta’ Frar li għadda, il-PL kellu żieda ta’ madwar 1% filwaqt li l-PN ra tnaqqis ta’ kważi 1%.  Il-partiti ż-żgħar baqgħu l-istess fl-appoġġ, b’0.6% mistennija jivvutaw lil Alternattiva Demokratika u 0.4% lill-Partit Demokratiku.

Ara wkoll:

Kemm se jtellgħu MEPs il-PL u l-PN fl-elezzjoni ta’ Mejju?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar