Lokali
Diversi binjiet b’valur storiku protetti mill-iżvilupp

Diversi binjiet b’valur storiku fosthom id-dar ta’ ex Prim Ministru fil-Belt u l-Palazz tal-Isqof fil-Birgu ngħataw protezzjoni mill-iżvilupp billi ġew skedati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Id-djar jinsabu b’diversi lokalitajiet fosthom il-Belt, Ħal-Lija, Ħal Balzan, Bormla u l-Birgu.Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna laqa’ din l-aħbar u qal iżda li issa hemm bżonn li dawn il-postijiet storiċi jiġu restawrati u fejn hu possibbli jinfetħu għall-pubbliku.

L-Awtorità tal-Ippjanar skedat għaxar binjiet li għandhom valur storiku fosthom id-dar tal-ex Prim Ministru Nerik Mizzi fil-Belt. Din id-dar tas-seklu sbatax tinsab fi triq San Ġwann u fiha kien jgħix wkoll l-unika iben ta’ Nerik Mizzi, Monsinjur Fortunato Mizzi li f’ħajtu dejjem xtaq li tkun mużew bl-arkivji li ħalla warajh missieru, li għex f’perjodu mqanqal tal-istorja politika Maltija u kien protagonista fil-kwistjoni tal-lingwa u daqq ukoll l-internament fil-gwerra meta ntbagħat ma’ Maltin oħra fl-Uganda minħabba s-simpatija tiegħu mat-Taljani.

Nerik Mizzi kien mexxa l-gvern għal tliet xhur fl-1950 u miet tliet xhur biss wara li ngħata l-inkarigu ta’ Prim Ministru. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia waqt li faħħar il-passi li ġew skedati dawn id-djar antiki li għandu valur storiku, appella biex dawn il-binijiet jiġu restawrati.

Mario Farrugia qal “il-fatt li din id-dar ingħatat il-protezzjoni hija importanti għax Enrico Mizzi kien ġgant pijunieri tal-politika Maltija, però wieħed irid jara li mhux nieqfu hemm imma li l-binja tiġi rrestawrata imma forsi wkoll tinfetaħ għall-pubbliku”.

Minbarra d-dar ta’ Nerik Mizzi, l-Awtorità tal-Ippjanar skedat palazz tas-seklu tmintax fi triq il-kbira l-Qrendi li internament ġie ddekorat b’mod lussuż ħafna fosthom b’affreski mal-ħitan. Skedata wkoll dar antika ta’ tlett sulari fi stil Barokk fi triq San Pawl Bormla, kif ukoll żewġ djar antiki fil-Birgu, possibilment tas-seklu sittax fi triq Hilda Tabone.

Dan il-bini fil-Birgu kien il-palazz tal-Isqof tas-sena 1542 u għandu stil arkitettoniku li kien iddaħħal mill-kavallieri f’Malta. L-Awtorità tal-Ippjanar tat ukoll il-protezzjoni lil dar antika tas-seklu tmintax f’Ħal Balzan fi triq il-Providenza li kienet ta’ kavallier Spanjol Fra Giacomi Rodrigues.

Dar oħra skedata hija dik li tinsab fi triq D’Argens fil-Gżira li nbniet mill-perit Prof Joseph Colombo. Ġie protetta wkoll villa antika tas-seklu dsatax fi Triq Annibale Preca f’Hal Lija u dar antika rurali fin-Naxxar. Filwaqt li l-maġġoranza tal-binjiet servew bħala djar residenzjali, l-Awtorita skedata wkoll il-knisja antika fil-Manikata li inbniet fl-1920.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar