Għawdex
Diversi Maltin u barranin se jqattgħu l-aħħar Ħadd tas-sena f’Għawdex

Għawdex serviet ta’ kalamita biex diversi Maltin u barranin qattgħu l-aħħar Ħadd tas-sena hemm ma qraba u ħbieb. Ikla tajba, il-wirjiet varji tal-Milied fosthom il-presepji u attivitajiet fl-irħula kienu fuq l-iskeda ta’ ħafna, waqt li oħrajn telgħu b’karozzi ippakkjati b’basktijiet u bagalji, għal btala li fiha se jiċċelebraw il-bidu tal-2020.

Ma’ sbieħ il-Ħadd, il-moll taċ-Ċirkewwa kien miksi bil-karozzi jistennew il-vapur biex jaqsmu il-fliegu. It-temp sabiħ ħeġġeġ lil diversi Maltin biex flimkien mal-familji jew ħbieb taghom iqattgħu l-aħħar Ħadd tas-sena f’Għawdex.

Tliet ijiem ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena ġdida, uħud minn dawk li kienu qed jistennew iċ-Ċirkewwa qalu lil TVM li kienu sejrin biex iqattgħu ftit jiem għall-kwiet u jibdew is-sena l-ġdida f’Għawdex, ħafna minnhom għall-ewwel darba.

Iċ-Chairman tal-Assoċazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat qal li maż-żmien Għawdex żied fil-popolarita u sar id-destinazzjoni tal-Milied għall-diversi Maltin u barranin.

“20 sena ilu dan iż-żmien kien ikun kwiet ħafna għas-aettur turistiku Għawdxi. Illum differenti. Għandek staġun żgħir fil-bidu ta’ staġun diffiċli tax-xitwa għal Għawdex fejn is-settur turistiku jkun qed jistenna għax perjodu li fih ikun hawn ħafna attività.

Is-Sur Muscat qal li l-kalamita huwa l-programm ta’ attivitajiet tal-Milied organizzat bejn is-sitta ta’ Diċembru u l-Epifanija, b’inizjattivi ta’ għaqdiet volontarji kif ukoll tal-Ministeru għal Għawdex fil-lokalitajiet kollha.

Iċ-Chairman tal-Assoċazzjoni tat-Turiżmu Għawdxija qal li l-ikbar konċentrazzjoni ta’ nies f’Għawdex f’dan il-perjodu tkun bejn il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida. Qal li minkejja li l-ammont ta’ nies mhux fl-istess ilma tas-sajf, żmien il-Milied jgħati ftit nifs lis-settur turistiku matul ix-xitwa.

“In-numri mhux tas-sajf u mhux konsistenti bħal tas sajf u l-perjodu mhux estiż bħas-sajf. Imma tajbin. In-numri reġistrati f’dan il-perjodu huma tajbin u s-settur turistiku jħares lejn dan il-perjodu tas-sena b’ċertu ħeġġa u ħerqa.

Is-Sur Muscat qal li wara l-perjodu tal-Milied, Għawdex jesperjenza xahar kwiet qabel jerġa jimtela bit-turiżmu għall-Festa ta’ San Pawl u l-Karnival.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Kronaka

Mara ta’ 69 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li seħħe splużjoni fir-residenza tagħha fis-Swieqi. L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8:15 fi Triq is-Siegħ. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija…

Aktar