Politika
Diversi proġetti infrastrutturali u soċjali fil-Kottonera mis-sena d-dieħla

L-Istrateġija għar-Riġenerazzjoni tal-Kottonera li ġiet approvata mill-Kabinett, se tibda tiġi implimentata s-sena d-dieħla bi proġetti infrastrutturali u soċjali fil-Birgu, f’Bormla, fl-Isla, u fil-Kalkara. Dan ġie żvelat f’konferenza dwar din l-istrateġija, li laqqgħet rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, tal-Knisja, u tal-Għaqdiet mhux Governattivi.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din l-Istrateġija hija sinjal ċar tal-impenn tal-Gvern, biex ir-residenti jgawdu mill-ġid li qed joħloq il-pajjiż. Mingħajr ma semma direttament il-parkeġġ fl-Isla u l-investiment mill-Università Amerikana ta’ Malta, Dr Muscat qal li hemm bżonn jintlaħaq bilanċ, għax kull investiment joħloq sfidi ġodda li jridu jiġu affaċċjati.

“Kull opportunità għandha prezz magħha, jiġifieri ma nistgħux nippretendu li investitur jiġi jinvesti mingħajr ma jkun hemm xi tip ta’ tensjoni, iżda imbagħad irridu nagħżlu u naraw jekk irridux ikollna l-investiment, il-gawhar kulturali tagħna jiġu restawrati, jew jekk irridux aktar kumdità fejn nipparkjaw jew le,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dr Muscat qal li l-pjan tal-Gvern huwa li jitneħħa l-Cleaning Tank tal-vapuri mir-Rikażli, bil-ħsieb li t-tindif tat-tankijiet tal-vapuri jibda jsir offshore. Stqarr iżda, li għad fadal numru ta’ diffikultajiet li jridu jiġu solvuti. Il-Prim Ministru sostna li żgur mhux se jsir f’Birżebbuġa, kien kien ippjanat minn Gvern preċedenti.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, qal li fost il-proġetti ppjanati hemm r-restawr tal-Kottonera Lines u tal-forti Rikażli. Semma wkoll il-proġett ta’ żewġ miljun ewro fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, biex izid l-ispazju b’500 metru kwadru.

Il-Kordinatur Ezekuttiv tal-Kumitat għar-Riġenerazzjoni tal-Kottonera, Glenn Beddingfield, qal li permezz ta’ din l-istrateġija għandhom jiġu indirizzati problemi soċjali, fosthom li 24% tar-residenti jinsabu f’riskju ta’ faqar.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Id-deputat Nazzjonalista u ex kap tal-Partit Nazzjonalista ppreżenta ittra ta’ riżenja minn deputat tal-Parlament Malti lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia fi tmiem is-seduta tat-Tlieta filgħaxija. Id-deputat Busuttil fl-aħħar diskors tiegħu…

Kurżitajiet

Żewġ persuni li kienu qed jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Gġħawdex bil-jetskis tpaxxew mhux biss bil-veduta iżda wkoll b’qatgħa dniefel. Dan il-ħut bħal donnu kien qed itellaq biex jasal qabel…

Lokali

Is-servizz tal-posta Malti lejn iċ-Ċina ġie sospiżi b’effett immedjat minħabba li diversi linji tal-ajru ssospendew it-titjiriet lejn iċ-Ċina. Il-Maltapost ħabbret li se twaqqaf dawn is-servizzi sakemm jinħareġ avviż ieħor minkejja…

Parlament

Il-Parlament beda d-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. L-abbozz tressaq mill-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri li qal li l-Gvern se jneħħi s-setgħa tiegħu…

Aktar