Lokali
Diversi telespetaturi se jitiflu 10 stazzjonijiet tat-TV

Il-kumpanija Melita tard illejla ser twaqqaf għalkollox it-trasmissjonijiet ta’ għaxar stazzjonijiet li għadhom ixandru bis-sistema analogue għalkemm ser jibqgħu jixxandru bis-sistema diġitali. It-tmiem ta’ das-servizz mistenni jaffettwa diversi telespettaturi li għadu qed jaraw it-televiżjoni b’din is-sistema antikwata.

Diversi telespettaturi li l-għadd tagħhom mhux magħruf minn għada ser jispiċċaw mingħajr l-istazzjonijiet l-aktar popolari u minflok ser ikollhom screen tat-televiżjoni mimli ross. Dan għaliex dawn it-telespettaturi kienu qed jaraw dawn l-istazzjonijiet fuq il-pjattaforma tal-Melita permess tas-sistema analogue.

Il-kumpanija Melita iddeċidiet li titfi das-servizz minħabba li l-istazzjonijiet issa qed ixandru bis-sistema diġitali li hija ta’ kwalità ferm aħjar. B’kollox ser jiġu affettwati għaxar stazzjonijiet li mas-servizz diġitali tagħhom għadhom ixxandru wkoll bis-sistema analogue.

Is-sur Simon Montanaro mill-kumpanija Melita qal li l-Melita ilha għal dawn l-aħħar xahrejn ixxandar avviż dwar it-tmiem tat-trasmissjoni analogue li qed jidher fuq faxx blu.

“Ħa nitfuħ biex nagħtu servizzi aħjar tal-internet, il-klijenti tal-Melita li għadhom qed jaraw signal tal-analogue avżajniehom kollha biex jaqilbu digital li hija tekonoloġija ħafna aħjar” qal Montanaro.

Il-kumpanija qalet li dawk li qegħdin jużaw is-servizz tat-televiżjoni diġitali mhumiex ser ikunu affetwati.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar