Kultura
DJ Tenishia mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt.

Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna għall-kollaborazzjoni li kien hemm bejn id-DJ u l-orkestra sentejn ilu, fil-ftuħ tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura bil-mużika klassika se titwaħħad ma dik house. Il-kunċert se jsir mingħajr ħlas, bl-għan tiegħu hu li jerġa’ jqajjem l-attività ekonomika fil-Belt wara l-għawġ tal-pandemija.

Ic-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Jason Micallef, qal li mal-orkestra u ma’ Tenishia se jingħaqdu diversi kantanti lokali stabbiliti u oħrajn żgħażagħ. Is-Sur Micallef qal li fl-ewwel ħmistax mindu reġa’ fetaħ kollox, diġa’ ġew innutati sinjali pożittivi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Aktar