Lokali
“Dmirna hu li nagħtu lura l-libertà lill-vittmi ta’ traffikar uman” – Julia Farrugia Portelli

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li l-globalizzazzjoni ġabet żieda fil-kriminalità tat-traffikar uman.

Waqt laqgħa f’Londra, Farrugia Portelli qalet li d-dmir tagħhom huwa li jagħtu lura l-libertà lil dawk il-vittmi ta’ esplojtazzjoni. Saħqet li l-iskjavitù modern hu problema internazzjonali li jimmerita soluzzjoni internazzjonali.

Julia Farrugia Portelli kienet qed tmexxi delegazzjoni inter-ministerjali responsabbli mit-twettiq tar-riforma li se tindirizza l-problema tat-traffikar uman. F’laqgħat f’Londra, flimkien ma’ uffiċjali għolja Ingliżi, huma qasmu l-esperjenzi tagħhom f’dan il-qasam.

Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari spjegat li l-iskop prinċipali tar-riforma fil-qasam tat-traffikar uman huwa li tingħata protezzjoni lil persuni vulnerabbli li jiġu sfruttati għal skopijiet ta’ xogħol, ta’ sess u ta’ organi fost l-oħrajn.

Iż-żjara seħħet bil-għajnuna tal-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta. Il-laqgħat segwew taħriġ speċjalizzat li ngħata riċentament lill-ħaddiema tal-Aġenzija Identità Malta biex issaħħaħ l-isforzi tagħha fl-identifikazzjoni ta’ ħaddiema li qed isofru xi forma ta’ abbuż.

Waqt dawn il-laqgħat, Julia Farrugia Portelli tenniet l-impenn tal-Gvern li fiż-żmien qarib jimplimenta pjan ta’ azzjoni nazzjonali bl-involviment konġunt ta’ entitajiet governattivi u tal-forzi tal-ordni maħsuba biex tiġi indirizzata din il-problema u fuq kollox tingħata għajnuna u tama ġdida lill-vittmi.

Ara wkoll:

 

Ta’ 80 sena jitfawha fit-triq wara li użawha bħala skjava

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Aktar