Politika
Dokument għall-konsultazzjoni biex jiġi regolat il-lobbying mal-gvern

Ippubblikat dokument għall-konsultazzjoni pubblika bil-proposti tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying minn individwi jew assoċjazzjonijiet li jippruvaw jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-gvern biex jieħdu vantaġġ privat.

Il-Kummissarju Geoge Hyzler jgħid li l-lobbying iqajjem tħassib f’ħafna pajjiżi għax jekk ma jkunx regolat, jista’ jwassal biex interessi privati jkollhom influwenza żejda fit-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-gvern, u l-pubbliku jmur minn taħt.

Id-dokument tal-Kummissarju jeżamina l-mekkaniżmi li ġew adottati minn pajjiżi differenti biex jirregolaw il-lobbying, u jippreżenta proposti dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying f’Malta.

Il-Kummissarju qed jipproponi li l-lobbying għandu jkun regolat permezz ta’ liġi. Id-dokument jipproponi, fost oħrajn, li kull persuna jew entità li tkun involuta fil-lobbying għandha ġġib ruħha skont kodiċi ta’ mġiba u jkunu registrati f”Reġistru tal-Lobbyists li jinżamm mill-Kummissarju għall-Istandards.

Dawn il-lobbyists għandhom jissottomettu aġġornamenti regolari dwar l-attivitajiet tagħhom. Id-dokument jipproponi li l-ministri, is-segretarji parlamentari, u l-kapijiet u d-deputati kapijiet tas-segretarjati tagħhom għandhom jirreġistraw kull komunikazzjoni u laqgħat relevanti f’Reġistru tat-Trasparenza li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-Kummissarju qed jipproponi wkoll li l-ministri, is-segretarji parlamentari u xi uffiċjali oħra tal-istat m’għandhomx jitħallew jaġixxu bħala lobbyists għal perjodu ta’ żmien wara li jispiċċaw mill-karigi tagħhom. L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Istandards se jilqa reazzjoni u l-proposti ghal dan id-dokument sal-aħħar t’ April.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Żewġ nisa tqal li daħlu l-Isptar biex iwelldu tarbija rriżultaw pożittiv għall-imxija Coronavirus. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci qalet li dawn iż-żewġ nisa għamlu test ta’ rutina hekk…

COVID-19

Ħaddiem fil-ħanut ta’ Piscopo Cash and Carry ħareġ pożittiv għall-Coronavirus. Huwa ħadem l-aħħar fis-6 ta’ April F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet li dawk il-persuni li marru fil-ħanut Piscopo Cash…

COVID-19

Illum ġew ikkonfermati 38 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Dan tħabbar mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum. B’kollox issa l-każijiet telgħu għal 337. Hija qalet li lbieraħ saru…

Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Aktar