Barranin
Dokumentarju fl-għeluq l-10 snin miż-żwieġ tal-Prinċep William u Kate Middleton

Sabiex ifakkru l-10 snin anniversarju miż-żwieġ tal-Prinċep William u Kate Middleton, BBC se jxandar dokumentarju.

Id-dokumentarju, li se jixxandar fit-30 t’April se jagħti ħarsa lejn il-ġurnata ta-tieġ u se jitkellem ma’ diversi nies li kienu parti minn dan il-jum speċjali.

Il-koppja kienet iżżewġet nhar id-29 t’Aprl, 2011. It-tieġ tagħhom kien ġie segwit minn 17.6 miljun persuna fir-Renju Unit u maż-żewġ biljun ruħ madwar id-dinja.

Fid-dokumentarju jieħdu sehem l-ex Arċisqof ta’ Canterbury li żżewweġ lill-koppja u lil David Cameron li dak iż-żmien kien il-Prim Ministru.

Fl-għaxar snin li ilhom miżżewġin il-koppja kellha tliet ulied: il-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-Prinċep Louis.