Televiżjoni u Radju
Dokumentarju ta’ TVM aċċettat għall-festival Vegas Movie Awards

Id-dokumentarju Pass Pass għal Auscwhitz, li xxandar fuq TVM, għadu kemm ġie aċċettat fost ix-xogħlijiet li se jieħdu sehem fil-festival tal-Vegas Movie Awards, fl-Istati Uniti.

Għalkemm dan il-festival huwa pjuttost ġdid hekk kif dieħel fit-tieni sena tiegħu, diġà kiseb ħafna popolarità, tant li kellu ‘l fuq minn 1,400 sottomissjonijiet ta’ films u kien imfaħħar minn diretturi u kittieba minn madwar id-dinja.

Is-semi-finali se jsir fit-8 ta’ Lulju, bid-direttur ta’ Flash Productions, Jonathan Farrugia, jesprimi t-tama li d-dokumentarju Malti jgħaddi wkoll għall-finali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar