Barranin
Dominic Raab jinħatar minflok David Davis

Fir-Renju Unit, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson u l-Ministru għal Brexit David Davis irriżenjaw mill-Kabinett wara li qalu li ma jaqblux mal-pożizzjoni tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May fir-rigward ta’ Brexit.

Il-Prim Ministru May ħabbret li Dominic Raab li kien Ministru għad-djar, inħatar bħala l-Ministru għal Brexit minflok David Davis.

Jumejn wara li l-kabinet Ingliż qabel dwar id-dettalji tal-pjan għal Brexit, żewġ Ministri ewlenin fil-Kabinet ta’ Theresa May irriżenjaw f’temp ta’ ġurnata. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson u l-Ministru li kien qed jinnegozja mal-Unjoni Ewropea dwar il-kundizzjonijiet tal-Brexit David Davis irriżenjaw minħabba li qalu li l-pjan maqbul mill-Kabinett il-ġimgħa li għaddiet ma jirrispettax il-vot tal-poplu Ingliż fir-referendum għal Brexit.

L-ex Ministru David Davis qal li dak maqbul mill-kabinett ser iwassal biex il-kontroll tal-ekonomija Ingliża u tal-fruntieri jibqgħu f’idejn l-Unjoni Ewropea. Huwa qal li huwa ma jistax iwassal lir-Renju Unit f’pożizzjoni li ma jaqbilx magħha.

“This was not the best strategy, there were better strategies available, we had been establishing them and that I thought it would be a risk at least of delivering a poor outcome” qal David Davis.

Fil-Parlament Ingliż, il-Prim Ministru May iddefendiet il-pożizzjoni tagħha. Insistiet li l-Gvern Ingliż qiegħed jagħmel l-almu tiegħu biex jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea li jkun aċċettabli għaż-żewġ naħat.

“The cabinet agreed an ambitious proposal that provides a responsible and credible basis for addressing negotiations with the EU towards a new relationship after we leave on the 29th of March next year. It is a proposal that will take control of our borders our money and our laws, but do so in a way that protects jobs, allows us to strike new trade deals through an independent trade policy, and keeps our people safe and our union together” qalet May.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliz Jeremy Corbyn qal li s-sitwazzjoni fil-Gvern ta’ Theresa May turi li mhux jirnexxilu jinnegozja Brexit.

“How can anyone have faith in the Prime Minister getting a good deal with 27 EU governments when she cannot even broker a deal within her own cabinet” stqarr Corbyn.

Iż-żewġ riżenji ta Davis u Johnson qegħdin jitqiesu bħala daqqa għall-Gvern ta’ Theresa May f’mument kruċjali fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Barranin

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku. L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate. L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex…

Barranin

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr. Ir-rapport li jtemm investigazzjoni…

Aktar