Barranin
Donald Trump jiċħad li uża kliem iebes fil-konfront tal-immigranti li qed imorru l-Istati Uniti

Fl-aħħar sigħat ġie rrappurtat li f’laqgħa ma’ xi leġislaturi fl-Oval Office, il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump esprima l-frustrazzjoni tiegħu fuq l-immigranti li qed jaslu l-Istati Uniti minn pajjiżi li ddeskriva bħala fossa b’referenza għal Haiti, El Savador u pajjiżi mill-Afrika. Ġie kkwotat jgħid li jippreferi aktar nies min-Norveġja milli minn dawn il-pajjiżi.

Il-kummenti malajr qanqlu reazzjoni ta’ stmerrija u kundanna minn politiċi Demokratiċi u Repubblikani kif ukoll minn madwar id-dinja fosthom in-Nazzjonijiet Magħquda permezz ta’ kelliem għall-Kummissarju Għoli għad-drittijiet tal-bniedem.

Rupert Colville, kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li “these are shocking and shameful comments from the president of the United States. I’m sorry but there’s no other word one can use but ‘racist’. You cannot dismiss entire countries and continents as ‘shitholes’, whose entire populations, who are not white, are therefore not welcome.”

Aktar tard fuq twitter, il-President Trump ċaħad li uża dan il-lingwaġġ fil-konfront ta’ dawn il-pajjiżi iżda ammetta li uża kliem iebes.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li l-Papa Franġisku jinsab iċ-Ċili, fit-toroq tal-kapitali Santiago kien hemm xeni vjolenti hekk kif il-pulizija kellha tuża l-kanuni tal-ilma biex tferrex lid-dimostranti li kienu qed jipprotestaw kontra ż-żjara tal-Papa….

Barranin

Politiku prominenti Serb-Kosovar, Oliver Ivanovic inqatel b’madwar ħames tiri t’arma tan-nar barra l-bini tal-partit fit-tramuntana tal-Kosovo li hija kkontrollata mis-Serbi. L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post b’karozza li aktar tard instabet…

Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin

Grupp tad-drittijiet tal-annimali Peta nieda kampanja internazzjonali biex jieqfu jiġu mmaltrattati l-annimali f’Petra fil-Ġordan. Dan il-grupp qal li l-ħmir,l-iġmla u ż-żwiemel qed jiġu msawta u sforzati jġorru lin-nies fis-sħana taqli…

Aktar