Barranin
Donald Trump jieħu daqqa ta’ ħarta fl-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura

Fl-Istati Uniti, id-Demokratiċi ħadu l-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura, b’din tkun daqqa ta’ ħarta kbira għall-President Amerikan Donald Trump.

Din ir-rebħa għad-Demokratiċi, l-ewwel waħda fi tmien snin, ser tagħtihom iċ-ċans li jxekklu lil President Trump milli jwettaq l-aġenda tiegħu. Iżda f’dawn l-elezzjonijiet, ir-Repubblikani żammew il-kontroll tas-Senat Amerikan.

Il-kandidati nisa serqu x-xena f’dawn l-elezzjonijiet f’dik li qed tkun meqjusa bħala s-Sena tan-Nisa. Id-Demokratiċi Ilhan Olmar u Rashida Tlaib huma l-ewwel żewġ kandidati nisa li qatt ġew eletti fil-Kungress. Id-Demokratika ta’ New York, Alexandria Ocasio-Cortez mistennija tkun l-iżgħar kandidata eletta fil-Kungress fl-età ta’ 29 sena.