Barranin
Donald Trump jitkellem wara li l-ex konsulent tas-sigurtà nazzjonali ddikjara l-kooperazzoni tiegħu mar-Russja

Il-President Amerikan Donald Trump ta r-reazzjoni tiegħu wara li l-ex konsulent tas-sigurtà Nazzjonali Michael Flynn iddikjara l-ħtija tiegħu għal kooperazzjoni illegali mar-Russja. Trump qal li l-azzjonijiet ta’ Michael Flynn kienu skont il-liġi u li hu bħala President m’għandu xejn x’jaħbi, iżda spjega li hu kellu jkeċċi lill-Ġeneral Michael Flynn għaliex dan gideb lill-Viċi President u lill-FBI.

Bħalissa Michael Flynn qed jikkoopera ma’ Robert Mueller li qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-allegat indħil mir-Russja fl-elezzjoni Presidenzjali tas-sena li għaddiet li rebbħet lil Donald trump. Jum wara li Flynn ġie mixli b’akkużi ta’ kooperazzjoni llegali mal-Gvern Russu, tkeċċa aġent tal-FBI wara li nstab li dan kien qed jibgħat messaġġi bil-mobile kontra Trump.

Intant analisti qed jgħidu li jekk Trump kien jaf li Flynn gideb lill-FBI meta dan kien qed jitfa’ pressjoni kbira fuq l-ex direttur tal-FBI James Comey biex iwaqqa’ l-investigazzjoni kontra Michael Flynn, allura Trump jista’ jiġi akkużat għal indħil fil-proċess tal-ġustizzja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miet l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Kofi Annan fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma umanitarja tiegħu. Il-Fondazzjoni li ġġib l-isem tiegħu, Fondazzjoni Kofi Annan, qalet…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara skopriet li kienet ilha tgħix 28 sena b’contact lens f’għajnejha. Il-mara, ta’ 42 sena, żviluppat infezzjoni f’għajnejha meta, it-tobba tal-għajnejn skoprew li l-infezzjoni kienet ġejja minn contact…

Aktar