Donald Tusk fit-Turkija għal taħditiet dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk mistenni jkollu taħditiet mal-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan, bil-għan li jsaħħu l-għaqda bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni. Donald Tusk qed jissuġerixxi li l-immigranti li jaslu l-Greċja mit-Turkija jerġgħu jintbagħtu lura.

Waqt żjara fil-Greċja u t-Turkija bit-tama li jintlaħaq ftehim biex jonqos l-influss ta’ immigranti li qed jivvjaġġaw lejn l-Ewropa, Donald Tusk qal li l-immigranti ekonomiċi illegali qed jirriskjaw ħajjithom u flushom għalxejn.

Nhar it-Tnejn, l-Unjoni Ewropea u t-Turkija mistennija jiltaqgħu għal summit dwar l-immigrazzjoni.