Lokali
Donazzjoni ta’ saqqijiet motorizzati u siġġijiet tar-roti lil Aġenzija Sapport u San Vinċenz de Paule mill-IIP

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat qal li bil-bidla fir-regolamenti l-ġodda tal-programm taċ-ċittadinanza, l-għaqdiet volontarji bejniethom mistennija jibbenefikaw minn ħmistax-il miljun ewro. Is-Sur Muscat qal li dan se jseħħ għaliex kull applikant se jkun obbligat li jagħti donazzjoni ta’ mil-lanqas għaxart elef ewro lil għaqda volontarja tal-għażla tiegħu. Huwa qal dan meta mill-fond nazzjonali soċjali u tal-iżvilupp għamel għotja ta’ saqqijiet motorizzati u siġġijiet tar-roti b’valur ta’ 20,000 ewro lill-Aġenzija Sapport u lir-residenza San Vinċenz de Paul.

Bit-tibdil proposta fil-programm taċ-ċittadinanza li ser jinbidel f’regolamenti li jipprovdi l-ewwel għal residenza, l-applikanti mhumiex ser jibqgħu jagħtu donazzjoni min rajhom lil għaqdiet volontarji. Mindu beda l-programm madankollu tqassmu kważi ħames miljun ewro.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat qal li dawn id-donazzjonijiet mhux ser jibqgħu volontarji għaliex l-applikanti ser ikunu marbuta li jagħtu donazzjoni ta’ mhux inqas minn għaxart elef ewro lil xi għaqda volontarja minbarra l-obbligi finanzjarji li jidħlu għalihom meta japplikaw mal-aġenzija tal-gvern għal permess ta’ residenza li eventwalment jista’ jwassal għaċ-ċittadinanza.

“L-aġenzija se jkollha iktar flus f’idejha biex tinvestihom fil-komunità, fond ferm ikbar biex ngħinu lill-NGO’s ikomplu jimxu ‘l quddiem.”

Is-Segretarju Parlamentari Muscat fisser dan it-tibdil propost meta permess tal-flus miġbura mill-programm taċ-ċittadinanza għamlet għotja b’valur ta’ €20,000 f’saqqijiet motorizzati u siġġijiet tar-roti lil Aġenzija Sapport għal persuni b’diżabilità. Is-Sur Muscat qal li mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, il-pajjiż daħħal elf u erba’ mitt miljun ewro, u li minnhom qed jibbenefikaw nies fil-komunità fosthom dawk vulnerabbli.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li s-sena d-dieħla se tinfetaħ il-faċilità Narċis, fir-residenza San Vinċenz de Paul għal persuni b’diżabilità b’dipendenza għolja u ta’ età żgħira biex ma jibqgħux jingħataw kura fl-istess swali ta’ residenti anzjani. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li jinsab soddisfatt li waqt il-pandemija ħadd mill-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul ma marad bil-virus.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar