Donazzjoni ta’ żewġ kollezzjonijiet lill-Arkivji Nazzjonali

L-Arkivji Nazzjonali irċevew b’donazzjoni żewġ kollezzjonijiet importanti li għandhom jarrikkixxu l-proġett tal-memorja nazzjonali. Waħda tinkludi ritratti u dokumentazzjoni dwar wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol f’Malta, u oħra sensiela sħiħa tal-ħrejjef ta’ Esopu maqluba għall-Malti.

Joe Cilia hu darbtejn futboler tas-sena u rebbieħ ta’ diversi unuri fl-ogħla divizjoni Maltija. Kien meqjus wkoll bħala wieħed mill-istilel ta’ żmienu.  Lir-Rabtin li trabba’ magħhom l-aktar li ferraħhom kien meta bħala kowċ mexxihom għar-rebħ tal-uniku żewġ kampjonati li qatt ħa t-tim tagħhom, f’nofs it-tmeninijiet.

Id-dokumentazzjoni tal-karriera tiegħu fid-dinja tal-ballun issa tinsab fl-Arkivji Nazzjonali – miġbura b’reqqa tul is-snin minn ħuh Paul li segwieh u ħa ħsieb jiġbor, iqasqas u jżomm kull ma nkiteb dwar ħuħ.

Il-kollezzjoni hija unika għaliex tinkludi ritratti u formazzjonijiet ta’ timijiet barranin li lagħbu kontra timijiet Maltin anki fil-perjodu ta’ wara t-tieni Gwerra.

L-Arkivji Nazzjonali irċevew b’donazzjoni wkoll aktar minn 2,200 traduzzjoni tal-ħrejjef ta’ Esopu – maqluba għall-Malti mill-kittieb Frans Said – eżatt kif dehru fil-gazzetti.

Il-kittieb u xandar Frans Said qal, “dawn huma xi ħaġa li huma għerf internazzjonali, bil-Malti kienu jafuh imma forsi ma kienux jafu kollox.

Hija xi ħaġa li tant hi sabiħa li ħassejt li dnub li tibqa’ hekk moħbija u ma nagħtihiex lin-nazzjon biex forsi jiżviluppawha u toħroġ aktar fil-pubbliku.”

L-Arkivista Nazzjonali Charles Farrugia rringrazzja lill-familja Cilia u lil Frans Said għad-donazzjoni tagħhom. Qal li dawn se jkunu jagħmlu parti mill-proġett ta’ memorja nazzjonali li nbeda 11-il sena ilu.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq li l-identità ta’ pajjiż hi marbuta mal-memorja u jekk din ma tkunx indukrata la nkunu nafu minn fejn ġejna u wisq anqas fejn sejrin. Hu ħeġġeġ aktar personalitajiet biex jippreżentaw it-tifkiriet dokumentati tagħhom lill-arkivji nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar