Kurżitajiet
Donnu ma tiġihx waħda tajba

Is-sitt kapitlu tal-film “The Pirates of the Carribean” jaf ikompli mingħajr l-ikona Johnny Depp.

Donnu mhux tiġih waħda tajba lil Johnny Depp dan l-aħħar. Bejn il-problemi personali tiegħu u d-dejn li għandu, Johnny Depp donnu qed jiġi mwarrab mid-dinja taċ-ċinema.

Minn protagonista f’5 films tas-serje The Pirates of the Carribean, fl-irwol ta’ Jack Sparrow, Depp issa spiċċa biex lanqas biss offrewlu rwol fil-films li bis-saħħa tat-talenti tiegħu, kisbu l-fama.

Għalissa, dawn kollha xniegħat u għad m’hemm xejn ikkonfermat iżda, il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn jgħidu!

Barra minn hekk, it-tant mistenni film “City of Lies”, li fih Depp kellu rwol ewlieni, ġie skartat u mhux se joħroġ fiċ-ċinema fix-xhur li ġejjin kif kien mistenni. Tgħid dan kollu ġara wara li Depp spiċċa ħebb għal wieħed mill-membri tal-istaff?

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ritratt li qed idur mal-midja soċjali qabad il-mument li ‘vu cumprà’ (kif jissejħu l-bejjiegħa taċ-ċekċik fuq il-bajjiet fl-Italja) jipprova jbigħ iċ-ċekċik lid-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini. Donnu li r-raġel…

Kurżitajiet

Koppja xtaqet taqsam mad-dinja l-ferħ tagħha bit-twelid ta’ binthom b’ritratt mhux tas-soltu. Kimberly u Patricia O’Neill damu 4 snin jippruvaw għat-tfal. Bis-saħħa tal-IVF, dawn irnexxielhom għalkemm għaddew minn  ħafna tbatija…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Aktar