Politika
Dr Delia jgħid li mhux aċċettabbli li politiku jinstab ħati ta’ vjolenza domestika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li l-ebda politiku ma jista’ jżomm postu jekk jinstab ħati ta’ vjolenza domestika. F’intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi fuq Radju Malta, Dr Delia ddikajra li d-diversi kumitati nazzjonalisti li ħarġu dikjarazzjoni ta’ appoġġ għalih għamlu dan minn jeddhom għax hemm pressjoni minn xi wħud biex huwa jwarrab.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li għalih mhux aċċettabbli jkun hemm Kap jew poltiku li jinstab ħati ta’ vjolenza domestika. Intervistat fil-programm Għandi xi Ngħid fuq Radju Malta,Dr Delia tenna li huwa marbut li ma jitkellimx fuq is-separazzjoni tiegħu għalkemm qal li politiċi ma jirreżenjawx minħabba kawżi ta’ inkwiet familjari. Żied jgħid li dawn l-esperjenzi jgħinuh għax sar aktar sensittiv għal realtajiet li qabel ma kienx daqshekk koxju minnhom.

Żied jgħid li wħud jaraw it-tmexxija l-ġdida tiegħu bħala theddida u fl-aħħar jiem bdew jiġu fabbrikati u ċċirkulati messaġġi foloz fuq il-midja soċjali biex jitfgħu dell ikrah fuqu u fuq il-Partit. Qal li riżultat ta’ dan u l-pressjoni minn xi wħud biex iwarrab, diversi kumitati tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem ħarġu jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejh, u qal li dan għamluh minn jheddhom. Il-Kap Nazzjonalista stqarr li huwa konxju tal-perċezzjoni hi li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm ħafna tfixkil.

Dr Delia fakkar li huwa ġie elett b’54 fil-mija tal-voti tat-tesserati. Mistoqsi għax mhux ilaqqa’ l-organi tal-partit, qal li l-aħħar laqgħa tal-grupp Parlamentari saret lejn l-aħħar ta’ Dicembru biex iddiskuta l-ftehim tal-gvern mal-Corinthia. Dwar ir-rapport ta’ The Times li huwa għad fadallu jagħti €64,000 lid-dipartment tat-taxxa, Dr Delia qal li din hija gidba oħra mit-Times.

Dwar il-każ tal-immigranti li damu kważi tliet ġimgħat abbord żewġ vapuri qabel iddaħħlu Malta, Dr Delia qal li f’każi bħal dawn ikun f’kuntatt mal-Prim Ministru. Qal li hu ftit li xejn kien jagħmel differenti. Qal li jaqbel li Malta trid tosserva l-liġijiet internazzjonali u tara kif se ġġib lill-kontinent Ewropew magħha fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni li tibqa’ kwistjoni umanitarja.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Triq l-Għarnuq fil-Fgura hija l-ewwel triq minn 120, li se jsiru xi xogħlijiet fiha din is-sena, bħala parti mill-proġett tas-seba’ mitt triq residenzjali li se jsir xogħol fihom b’investiment ta’…

Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Aktar