Politika
AĠĠORNAT: Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN jiddikjara fiduċja f’Adrian Delia

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ l-Erbgħa u b’mod unanimu ddikjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lilll-Kap tal-Partit Dr Adrian Delia, filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku dawk li sejjaħ attakki kkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-partit.

Fi stqarrija ntqal li fost materji oħra diskussi l-Kunsill Amministrattiv approva wkoll numru ta’ kandidati ġodda għall-kunsilli Lokali ta’ Mejju li ġej.

Intant, intervistat wara nofsinhar għall-programm Dissett, Dr Delia ddikjara li għandu l-fiduċja ta’ disgħin fil-mija tal-kumitati tal-Partit Nazzjonalista u ma jħossx li għandu jkun hu li jitlob vot ta’ fiduċja fil-kunsill ġenerali.

“Jien ma nitlob ebda vot ta’ fiduċja sakemm ma nħossx li l-fiduċja naqset drastikament. Minn dak li qed nara li qed inħoss u niżen bħalissa, s’issa ‘l fuq minn 90% tal-kumitat sezzjonali f’Malta u Għawdex, minn rajhom taw vot ta’ sfiduċja.”

Dr Delia qal li m’għandux problema jekk ikun hemm min jimxi mal-istatut u jiġbor numru ta’ firem biex isir vot ta’ sfiduċja fih.

Mistoqsi jekk l-allegazzjonijiet kontrih hux qed jiġu investigati mill-Kummissarju tal-Istandards, Dr Delia qal li ma jafx li hemm din l-investigazzjoni. “Bħala fatt jien la qed niġi investigat mill-Pulizija sa fejn naf jien, la mill-Kummissarju tal-Istandards u minn ħadd iktar.”

Mistoqsi jekk jaqbilx li s-sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti tiġi diskritta “unbelievable” mid-deputat Simon Busuttil, Dr Delia stqarr li dan ma jagħmilx differenza legali. “Inti għandek sitwazzjoni fejn Imħallef ħa deċiżjoni u dik id-deċiżjoni torbot, issa l-aġġettivi li jiddeskrivu dik is-sentenza mhux ser jagħmlu portata legali.”

Dr Delia qal li Dr Busuttil qiegħed ifittex toroq oħra biex ikompli l-każ fuq il-Panama Papers u jekk irid l-appoġġ tal-Partit jista’ jitolbu.

Fit-tieni parti tal-programm, is-sitwazzjoni ta’ Dr Delia u tal-Partit Nazzjonalista ġiet analizzata mill-Avukat Franco Debono, l-analista poltiiku Godfrey Grima u l-opinjonista Josanne Cassar.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Immigrazzjoni

Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…

Lokali

Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber…

Lokali

Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…

Aktar