Lokali
Dr Joseph Muscat joħroġ minn Kastilja għall-aħħar darba bħala Prim Ministru

Illum kien jimmarka wkoll it-tmiem ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta’ Malta.

F’dan is-servizz, se nagħtu titwila lejn uħud mill-iktar mumenti sbieħ u ta’ sfida li għadda minnhom Dr Muscat fl-aħħar 7 snin.

Fl-aħħar jum tiegħu bħala Prim Ministru, Joseph Muscat żar il-ħaddiema kollha tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u raddilhom ħajr tal-ħidma tagħhom. Għall-ħabta tas-1.30pm, Dr Muscat, flimkien minn martu Mitchelle, niżel għall-aħħar darba mit-taraġ ta’ Kastilja bħala Prim Ministru fost iċ-ċapċip ta’ danwk prezenti. Dr Muscat baqa’ sejjer lejn il-Palazz tal-President fil-Belt biex jippreżenta l-ittra ta’ riżenja lill-President tar-Repubblika.

Ma’ TVM, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Matthew Carbone, tkellem dwar l-enerġija li kellu l-ex Prim Ministru. Jirrakkonta episodju wara titjira lura lejn Malta minn New York.

”Kif inżilna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-PM idur fuqna u jgħidilna li se mmorru fl-istazzjon tal-Partit Laburista għal intervista. U aħna nħarsu lejn xulxin. Aħna bilkemm nistgħu noqogħdu fuq saqajna u l-PM ried li għax inzerta l-Ħadd illi jmur u jagħti l-intervista bħalma kien jagħmel kull nhar ta’ Ħadd.”

Is-Sur Carbone tkellem dwar l-aspett uman ta’ Dr Muscat.

”Il-fatt illi anke filgħodu jekk ġie biex jitkellem magħna fuq xogħol, u jara li tkun ftit iktar kwiet mis-soltu, kien isaqsik. Irid ikun jaf x’ġara. Ikellmek fuq affarijiet iktar light. Fuq il-futbol u affarijiet oħrajn sakemm jaċċerta ruħu illi inti kollox sew.”

Għal Dr Muscat, wahda mill-isfidi kienet l-immigrazzjoni.

”Meta kien jiġi mgħarraf mill-AFM illi hemm dgħajsa b’mijiet ta’ nies fuqha u trid tiegħu deċiżjoni matul il-lejl. Hemmhekk iva, kont tara lil JM inkwetat ħafna, deċiż, imma kont tara lil JM li jinkwieta u ma joqgħodx kwiet sakemm ikun ċert li ma ħax id-deċiżjoni t-tajba.”

Mill-banda l-oħra, fost l-iktar mumenti għal qalbu kien meta ngħata d-dritt taż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess.

”Il-ferħ li rajt f’għajnejn Joseph Muscat dakinhar tibqa’ xi ħaġa ttimbrata f’moħħi għaliex dejjem kien jgħid, iva l-partit jirbħu u jitilfu imma n-nies hemm barra jibqgħu hemmhekk.”

Dr Muscat inħatar Prim Ministru f’Marzu tal-2013 u dam fil-kariga 7 snin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar