Politika
Dr Muscat jgħid li l-għażla ta’ Robert Abela hija vot favur l-aħħar manifest elettorali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-vot favur Robert Abela bħala vot favur il-programm tal-Gvern li ngħata mandat għalih fl-2017. F’kollegament telefoniku fuq One Radio, Dr Muscat wera sodsfazzjon li għada ser jgħaddilu ċ-ċwievet tal-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.

Il-Prim Ministru Muscat qal li Robert Abela għandu l-kwalitajiet kollha biex imexxi b’kontinwità. Dr Muscat qal li skont il-kostituzzjoni, il-Prim Ministru ġdid jaħtar kabinett ġdid, iżda saħaq li l-vot favur Dr Abela kien wieħed favur il-programm tal-Gvern L-Aqwa Żmien.

Dr Muscat qal li l-elezzjoni għall-mexxej il-ġdid kienet xhieda tal-organizzazzjoni eċċezzjononali tal-Partit Laburista u kienet xempju ta’ kif isiru l-affarjiet b’mod trasparenti, ordnat, u ċivili.

Huwa qal li Robert Abela għandu jbiddel l-affarjiet li saru żbaljati u m’għandux ikollu diffikultà li jagħmel dan anke fil-konfront tiegħu. Dr Muscat qal li mhux xieraq li jattendi l-Kungress għad-diskors ta’ Dr Abela biex huwa jingħata l-ispazju biex jgħid, jagħmel u jaħdem kif hemm bżonn.

Huwa qal li jinsab kburi li ser jgħaddi ċ-ċwievet ta’ Kastilja lil Dr Abela u minn għada wara nofsinhar jibda jsejaħlu l-Prim Ministru tiegħu. Dr Muscat qal li Dr Abela huwa wieħed mill-aqwa mħuħ li qatt iltaqa’ magħhom. Ħeġġeġ lill-membri kollha biex jagħtu l-appoġġ inkundizzjonat lil Dr Abela.

Dr Muscat irringrazzja lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u ddeskriva l-kampanja tiegħu bħala waħda pożittiva ħafna. Stqarr li ħadem fil-qrib ma’ Dr Fearne u ddeskrivieh bħala wieħed mill-aqwa elementi fil-Partit Laburista. Huwa qal li m’għandux dubju li Dr Fearne ser jibqa’ parti ċentrali fil-ħidma tal-Gvern.

Dr Muscat qal li l-membri tal-Partit Laburista taw sinjal qawwi ta’ demokrazija u s-saħħa li għandu l-moviment Labursita. Huwa qal li l-votazzjoni minn 92 fil-mija tal-votanti reġistrati hija xhieda ta’ kemm il-Partit Laburista huwa partit b’saħħtu. Huwa qal li dan seta’ kien il-mument biex il-membri ma jipparteċipawx biex iwasslu l-messaġġ li l-partit m’għadux jirrappreżentahom. Iżda Dr Muscat qal li membri daħlu għal din il-biċċa xogħol b’entużjażmu.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar