Televiżjoni u Radju
Dramm ieħor ta’ Francis Ebejer jerġa’ jingħata l-ħajja – ‘Sefora’ għada fuq TVM

Apparti ‘L-Imnarja Żmien il-Qtil’ li f’dawn il-jiem Television Malta se jkun qed ixandar mill-ġdid mill-arkivji tal-PBS, għada jixxandar dramm ieħor tal-istess kittieb Malti, ‘Sefora’.

F’kummenti lil tvm.com.mt, iben Ebejer, is-Sur Damian Ebejer u Dr Marco Galea, lettur fl-Università ta’ Malta qalu li ‘Sefora’, wieħed mix-xogħlijiet bikrin ta’ Francis Ebejer, inkiteb bħala radjudramm fl-1953. Imbagħad, fl-1986, inħadem fi produzzjoni għat-televixin.

Mistoqsija fuq liema storja msejjes id-dramm, Dr Galea u s-Sur Ebejer qalu li l-protagonist ta’ ‘Sefora’, Max, huwa kittieb li jgħaddi minn kriżi għax jemmen li qed tidhirlu tfajla u li mhux qed tħallih jgħix trankwill. Il-protagonist, wara li jitlob l-għajnuna ta’ tabib ħabib tiegħu jispiċċa f’istituzzjoni għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali u l-identità ta’ din it-tfajla tibda tiċċara bħala Palestinjana li Max kien iltaqa’ magħha meta kien jaħdem mal-Ġnus Magħquda fil-Palestina wara li tkeċċiet minn darha hekk kif l-art kienet ingħatat biex jinħoloq l-istat tal-Iżrael ftit snin qabel.

Dr Galea żied jgħid li meta nkiteb id-dramm Ebejer kellu tama ġenwina li l-problema tal-poplu Palestinjan li mil-lum għall-għada spiċċa bla art setgħet tissolva. Minkejja dan, kif spjega Dr Galea, illum, kważi 70 sena wara, is-soluzzjoni tidher aktar imbiegħda milli kienet meta nkiteb id-dramm.

‘Sefora’, għada fid-9pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Kurżitajiet

Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco ħabbret ftit tal-jiem ilu li se terġa’ ssir omm għat-tieni darba, din id-darba ta’ tifla. Hija qalet li hi u familtha jinsabu ferħanin se jtiru…

Aktar