Kultura
Dramm: L-Ispettur Bonnici jrid iżomm l-ordni iżda jispiċċa jikser il-liġi

Teatru u Letteratura; produzzjoni oħra mill-pinna ta’ Mario Philip Azzopardi: “Ave Marija għall-Ispettur Bonnici” se issir fit-Teatru Manoel ħames darbiet dan ix-xahar.

Id-dramm, li hu parti minn triloġija, se jkun ippubblikat fi ktieb maż-żewġ produzzjonijiet l-oħra “Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispettur Bonnici” u “L-Għerf u l-Glorja tal-Ispettur Bonnici”.

L-Ispettur Bonnici se jerġa’ lura fuq il-palk tal-Teatru Manoel, bil-kittieb u direttur tal-produzzjoni Mario Philip Azzopardi se jtella’ t-tielet serje tal-produzzjoni. ‘Ave Maria għall-Ispettur Bonnici’ issegwi żewg produzzjonijiet oħra li ttellgħu fuq l-Ispettur Bonnici.

Wara l-kwinti tal-palk sibna lil Mario Philip Azzopardi u l-atturi għaddejjin bil-provi, fejn għal darb’oħra l-attur veteran Mario Micallef se jintrepreta l-parti tal-ispettur Bonnici, spettur rett, iebes u li ma jara wiċċ ħadd. Żvolta f’din il-produzzjoni hi li l-ispettur, li xogħlu hu li jara li n-nies ma jiksrux il-liġi, jispiċċa l-ħabs hu stess.

“Biċċa xogħol li ilha f’moħħi u xxurtjat li għandi l-aqwa artisti li jieħdu sehem, biċċa xogħol li se tibqa’ tissemma’ fl-istorja tat-teatru Malti,” qal Mario Philip Azzopardi.

Il-maġġoranza tal-atturi huma lkoll veterani, fosthom Monica Attard, Charles Sammut, Renato Dimech, Edward Mercieca u Salvu Mallia.

F’din il-produzzjoni, Mario Philip Azzopardi jgħid li hemm xeni kontroversjali, fejn l-ispettur li jipprova jżomm l-ordni, jispiċċa jikser il-liġi hu stess.

Is-Sur Philip Azzopardi qal li din il-produzzjoni se tkun ippubblikata wkoll bħala ktieb. ‘Ave Marija għall-Ispettur Bonnici’ se jittella’ fi tmiem il-ġimgħa li ġejja u ta’ wara.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Aktar