Qorti
Dritt għall-Qorti wara ġlieda fi stabbiliment tad-divertiment fir-Rabat

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu waqt li kien fi stabbiliment tad-divertiment fil-limiti tar-Rabat ikkaġuna ġrieħi gravi lil żagħżugħ u li kissirlu n-nuċċali. Hu ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika. Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi.

L-Ispettur Matthew Galea qal li l-prosekuzzjoni trid tgħaddi messaġġ ċar li m’hemmx lok għal ġlied f’postijiet ta’ divertiment. Id-difiża argumentat li l-akkużat kien mas-sieħba tiegħu meta ġie aggredit minn grupp ta’ nies u ddefenda ruħu.

Id-difiża talbet divjett fuq isem l-akkużat għax għadu jibda impjieg ġdid u għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti laqgħet t-talbiet u ż-żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u ordnat lill-akkużat biex ma jagħmilx kuntatt mal-vittma.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar