Lokali
Drummer ta’ fama internazzjonali b’kunċert f’Malta

Id-drummer ta’ fama internazzjonali Virgil Donati, Awstraljan li jgħix l-Istati Uniti jinsab Malta għal kuncert li se jittella’ għada flimkien mal-grupp ICE FISH. Id-drummer daqq f’kunċerti madwar id-dinja u minkejja li għandu kwazi sittin sena, l-enerġija li għandu fid-daqq tad-drums għadha waħda fenomenali.

Virgil Donati huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa drummers tad-dinja, b’teknika mill-iktar avvanzata u għall-heffa li biha jdoqq. Virgil ta’ nisel Taljan twieled f’Melbourne u jgħix f’Los Angeles, l-Istati Uniti. Donati laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin 90 u dar id-dinja jdoqq id-drums ma’ diversi bands. Donati fost l-oħrajn daqq ma’ Tommy Emmanuel, Steve Vai u Allan Holdsworth u kien parti minn diversi bands tar-rock fosthom Loose Change, u Planet X.

Donati llum jifforma parti mill-band żagħżugħa Taljana, Ice Fish. Minkejja li għandu kważi sittin sena, Donati għandu enerġija fenomenali mid-daqq tad-drums, apprezzat minn diversi rockers Maltin. Donati iżda jgħid li biex jibqa’ jeċċella fit-teknika tiegħu, jipprattika għal sigħat twal kuljum.

Virgil Donati qal li “it’s been a musical journey, a passion in taking all my focus and energy and very into working at the highest possible level”.

Donati ħeġġeġ lil artisti tal-percussion biex meta jagħmlu xi ħaġa, is-sigriet tas-suċċess hu li jibqgħu ffukati u jaħdmu ħafna f’dak li jagħmlu.

Virgil Donati qal li “constant focus and application, you’ve got to be absorbed with waht you’re doing and truly love it.”

Donati flimkien mal-grupp ICE FISH bħalissa qed iduru d-dinja bil-kuncċrt tagħhom Human Hardware.

Il-kunċert se jsir għada fis-7pm f’Chateau, il-Buskett.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Moviment Patrijotti Maltin organizza mixja mill-Ħamrun sal-Marsa b’solidarjetà mar-residenti. Henry Battistino f’isem il-Moviment qal li b’din il-mixja jridu juru s-solidarjetà tagħhom għaliex qal li dawn ir-residenti qed isofru konsegwenzi minħabba…

Lokali

Il-Professur Alan Deidun qal li fl-ibħra Maltin feġġet ħuta invażiva magħrufa bħala Siganus Luridus jew Qawsalla. Fuq Facebook, Prof Deidun spjega li l-ħuta oriġinat fil-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan. Hija ġiet…

Aktar