Barranin
Dua Lipa tiffaċċja kawża għad-danni fuq ritratt tal-paparazzi

Il-kantanta Dua Lipa jaf ikollha tħallas $150,000 f’danni wara li tefgħet ritratt tagħha stess fuq Instagram. Il-kwistjoni hija li r-ritratt ittieħed mill-paparazzi, u Dua Lipa, għalhekk hija s-suġġett tar-ritratt, ma kellhiex permess biex ixxandru.

Fir-ritratt Dua Lipa kienet tidher fil-kju fl-ajruport, iżżomm f’idejha l-passaport u liebsa kappell kbir. Hija poġġiet ir-ritratt fuq Instagram u kitbet li “minn issa ‘l quddiem se nibda ngħix taħt kpiepel kbar u sufin.” Minn dak iż-żmien ‘l hawn ir-ritratt tneħħa.

Il-kumpanija Integral Images qed tfittex lil Dua Lipa għad-danni, u qed tallega li din użat ir-ritratt bla permess bil-għan li tagħmel qligħ finanzjarju.

Dua Lipa mhix l-uniku artista li sabet ruħha f’din is-sitwazzjoni, b’Gigi Hadid, Liam Hemsworth, Khloe Kardashian, Ariana Grande, Justin Bieber u Jennifer Lopez li kollha għaddew minn esperjenzi simili.