Immigrazzjoni
Dubji kemm Malta tista’ tingħata fondi għal vapuri biex iżommu immigranti f’ibħra internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li biex Malta tkun eliġibbli għall-fondi biex issostni l-operazzjoni li qed twettaq bil-vapuri tal-Captain Morgan, jeħtieġ tosserva l-kundizzjonijiet legali kollha. Qalet li waqt li qed titratta t-talba b’urġenza, il-fatt li l-vapuri jinsabu f’ibħra internazzjonali, indikat li Malta mhix eliġibbli għall-finanzjament billi l-ibħra internazzjonali ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni Ewropea.

Intant il-Kummissjoni Ewropea indikat ma’ TVM li Malta tista’ ma tkunx elegibbli għal għajnuna Ewropea fil-każ tal-operazzjoni li qed issir bil-vapuri tal-Captain Morgan minħabba li dawn qegħdin f’ibħra internazzjonali li ma jaqgħux fir-responsabbiltà tagħha skont il-liġi tal-ażil. Kelliem għal kummissjoni qal li qed tqies b’urġenza t-talbiet ta’ Malta għall-assistenza mill-fondi Ewropej dwar il-każ ta’ aktar minn 100 immigrant li ġew trasferiti fuq vapuri tal-Captain Morgan li jinsabu 13-il mil ‘il barra minn Malta wara li ġew salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-Gvern se jibqa’ jinsisti għal finanzjatament u solidarjeta effettiva mill-Unjoni Ewropea. Żied li bħala l-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea, Malta qed taffaċċja pressjonijiet u diffikultajiet kbar b’rabta mal-protezzjoni tal-fruntieri Ewropej. Qal li għalhekk il-Gvern se jibqa’ jisħaq li l-immigrazzjoni illegali m’hiex biss il-problema ta’ Malta iżda tal-Ewropa kollha u l-Unjoni Ewropea jeħtieġ turi solidarjetà.

Waqt li rrikonoxxiet il-piż li għandhom minħabba il-pandemija, il-Kummissjoni ħeġġet lill-istati membri kollha biex juru solidarjetà ħalli jinstabu soluzzjonijiet. Madanakollu irrimarkat li skond il-liġi internazzjonali, l-istati membri huma obbligati iwettqu t-tiftix u salvataġġ u d-diżembarkazzjoni tal-immigranti.

Mistoqsija jekk hux isiru diskussjonijiet ma stati membri dwar ir-rilokazzjoni tal-immigranti abbord l-vapuri tal-Captain Morgan, l-Kummissjoni qalet li qed iżżomm kuntatt mal-istati membri. Qalet li l-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson nhar l-Erbgħa tkellmet mal-Ministru tal-Intern Byron Camlleri wara li intbgħatu sensiela ta’ ittri lill-Ministri Maltin kemm mill-Kummissarju Johansson u mir-rapreżentant għoli għall-affarijiet barranin Josep Borrell. Il-kelliema għall-kummissjoni qalet li se jibqgħu għaddejjin b’diskussjonijiet bil-għan li jintabu soluzzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar