Elezzjoni
Dwar il-barranin f’Malta qed jingħadu ħafna ineżattezzi – l-AD

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, qal li fil-kwistjoni tal-barranin f’Malta qed jingħadu ħafna ineżattezzi. Il-Perit Cacopardo qal li r-refuġjati u l-immigranti li għandhom status umanitarju ma għandhomx jitpoġġew fl-istess keffa tal-barranin li qegħdin jaħdmu f’Malta.

Qal li l-preżenza ta’ numru ikbar ta’ barranin qed joħloq impatt fuq il-kwalità ta’ ħajja minħabba d-domanda dejjem tikber għall-kirjiet, li qal qed toħloq piż akbar għal min hu dipendenti mis-suq tal-kera. Dwar il-Gżira huwa qal li l-iżvilupp propost għall-Manoel Island se jkompli joħnoq l-ispazji pubbliċi li qal kontinwament qed ikunu kummerċjalizzati.