Barranin
Dylan ta’ Beverly Hills tatu puplesija u jinsab f’qagħda gravi

L-attur popolari Luke Perry, magħruf l-iktar għar-rwol li kellu ta’ Dylan McKay fis-sensiela televiżiva Beverly Hills, jinsab rikoverat l-isptar wara li tatu puplesija.  Huwa jinsab f’qagħda gravi wara li nstab li l-attakk ta’ puplesija kien qawwi ħafna.

L-aġent tal-attur Amerikan ta’ 52 sena ċaħad xniegħet li Perry jinsab f’koma u qal li ngħata sedazzjoni f’tentattiv biex tittaffa l-kundizzjoni devastanti li jinsab fiha.

Waħda mill-ewwel artisti li kitbet fuq is-siti soċjali kienet Shannon Doherty, li kienet waħda mill-protagonisti fis-sensiela tant popolari fid-disgħinijiet bir-rwol ta’ Brenda Walsh.  Hija kitbet messaġġ emozzjonali u qalet li bħalissa jinsab fi ħsibijietha tant li tixtieqlu s-saħħa.

Perry kien ukoll protagonist fid-drama Riverdale u l-kollegi tiegħu f’din is-sensiela awgurawlu fejqan b’messaġġi ta’ kuraġġ fuq il-media soċjali f’dawn il-mumenti diffiċli għalih u għall-familja tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar