Lokali
€1.5 miljun mill-Programm taċ-Ċittadinza b’Investiment għal żewg proġetti tal-Caritas

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ġid tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment imur lil hinn minn għajnuna finanzjara f’mumenti ta’ emerġenza nazzjoanli. Fi żjara fl-uffiċini li jamministraw il-programm, Dr Abela saħaq dwar l-importanza tal-programm għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Semma li l-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali li jiġbor 70 fil-mija tad-dħul tal-gvern mill-Programm tac-Cittadinanza b’Investiment se joħroġ €1,500,000 għal żewg proġetti tal-Caritas. Qal li b’dan il-mod il-gvern qed jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà. Il-Prim Ministru rrimarka li l-gvern dejjem ħadem biex dan il-programm jibqa’ jsir aktar trasparenti, bi skrutinju adekwat, biex il-fodni jintużaw biex il-pajjiż jimxi aktar ‘il quddiem.

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, stqarr li din l-allokazzjoni se tgħin fit-twettieq ta’ proġett li ilu mixtieq snin: Ċentru tal-Komunità f’binja li kienet tal-Kurja fil-Blata l-Bajda u l-irranġar u l-aġġornament tar-residenzi tal-Caritas li joffru servizz ta’ riabilitazzjoni mid-droga.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat, qal li matul din is-ssena ġew iġġenerati €63.8 miljun f’fondi bis-saħħa tal-investiment minn dan il-programm u permezz t’hekk għaqdiet mhux governattivi bħall-Caritas qed jiġu mgħejjuna finanzjarjament b’għarfien għall-għajnuna li jagħtu lis-soċjetà.