Lokali
€1 miljun f’fondi Ewropej biex jgħinu lill-bdiewa

Mal-500 bidwi jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex itejbu l-immaniġġjar u l-konservazzjoni tal-ħamrija u għal prattiċi u metodi organiċi fir-raba’. Għal dawn iż-żewġ miżuri, il-Gvern alloka aktar minn miljun ewro mill-fondi Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farruġia spjega li permezz ta’ żewg miżuri finanzjati minn fondi Ewropej, il-bdiewa ser jiġu mħeġġa fl-immaniġġjar u l-konservazzjoni tal-ħamrija u biex jaqilbu għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi.

“Illum għandna żewġ skemi, wieħed biex il-bidwi itejjeb il-ħamrija tiegħu u qed nallokaw €1 miljun ta’ fondi Ewropej u t-tieni skema għal bidwi li jrid jaqleb mill-produce tradizzjonali għal produce organika u għandna programm ta’ €170,000 għall-bdiewa” qal Aaron Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura Clint Camilleri qal permezz ta’ fondi Ewropej trid tingħata spinta lill-biedja organika għalkemm stqarr li ċ-ċokon tal-għelieqi joffri sfidi kbar għall-prattiċi organiċi .

 

Clint Camilleri qal li “nafu kemm din dieħla f’pajjiżna u kemm hawn bdiewa jaħdmu l-organiku u propju permezz ta’ din il-miżura se nkunu qed ninċentivaw dak il-bidwi li forsi qatt ma ħadem b’mod organiku li jrid jaqleb is-sistema tiegħu għall-parti tar-raba’ tiegħu jew għar-raba’ kollha sabiex jaħdem b’mod organiku.

Is-Segretarji Parlamentari spjegaw li l-għajnuniet lil bdiewa li japplikaw għal dawn l-iskemi ser ikunu determinati skont ir-raba’ li jaħdmu.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Pittura tal-Kardinal Malti Prospero Grech ingħaqdet mal-kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-pittura saret mill-artista Filippa Bianchi wara li studjat il-karattru tal-kardinal u semgħet mingħandu l-mod kif xtaq li tinħoloq ix-xbieha…

Unjoni Ewropea

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kriminalità Finanzjajra u l-Evażjoni tat-Taxxa jrid li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jżarmaw il-programmi tagħhom li bihom jagħtu ċittadinanza jew residenza b’investiment. F’abbozz ta’ rapport imħejji mill-kumitat…

Lokali

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u…

Aktar